L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa, kif imwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, għal din il-ġimgħa hemm il-possibilità li tinħall minn din ir-ras iebsa meta ser ikun hemm suġġeriment li se jġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istilel ta’ madwarek. Ipprova Twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm ġej għalik fil-ġimgħat li ġejjin kif ukoll biex tagħraf trattab l-ebusija ta’ rasek biex timxi aħjar u hekk tibda tħossok aktar komda.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan ser joffrilek responsabbilità ġdida u int taf tibda taqta’ qalbek imma dan m’għandux ikun il-każ. Anzi din is-sitwazzjoni ser tagħmlek persuna aktar matura u ddixxiplinata. Din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha sejra tlaqqgħek ma’ persuni b’ideat friski bi probbabilità ta’ pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imġejji sew għal dan u tagħraf temmen fil-kapaċitajiet tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, bħal qisek ser tħoss rabja ġewwa fik meta ssir taf li persuna madwarek se tkun weġġgħatek. Bħalissa l-ħsibijiet ta’ tpattija u vendetta qegħdin fil-quċċata tal-ħsibijiet tiegħek imma l-parir hu biex kemm tista’ żżomm il-kalma u tagħmel l-ebda azzjoni. Prova tgħallem mill-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti ruħha. Il-ħażin m’għandux jitpatta b’ieħor. Agħraf aktar minn issa ’l quddiem.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, qiegħed tħoss il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek sejra ħażin u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Imma jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan sabiex tibda tikkontrolla l-infieq tiegħek, dan se jkun ta’ gwadann fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Dejjem nitgħallmu minn ċertu żbalji u grazzi għal dan il-pjan se tkun tista’ tikkalkula aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Virgo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, il-pressjoni ta’ madwarek qiegħda toħloqlok stress. Ipprova bbilanċja kollox. Dan il-mument kważi deċiż għall-kumplament ta’ din is-sena huwa importanti li toħroġ bil-qawwa kollha possibbli. Għalkemm in-nies ta’ madwarek mhumiex jaraw li ħa jirnexxielek dan il-pass kbir li se tagħmel. Ibqa’ żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż b’dak li se tagħmel. Kompli aqdef avolja l-kurrenti kollha kontrik.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo , ħsieb li qed idur madwarek jekk hux minnu li l-pożizzjoni fl-imħabba hix waħda korretta jew inkella hemm xi ħaġa ħażina għaddejja. Dan ħa tkun tafu fil-ġimgħat li ġejjin. Int żomm kawt u osserva dejjem ħalli tkun tista’ tanalizza dak kollu li hu għaddej sabiex tkun tista’ tagħraf eżatt x’inhi s-sitwazzjoni ta’ madwarek ħalli kif jgħidu ż-żejt sa fl-aħħar jitla’ f’wiċċ l-ilma u l-verità tkun taf aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, problema li qiegħed tiffaċċja min għalik li mhux se jirnexxielek tegħlibha imma dan mhux minnu. Huwa vera li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma din il-fażi li sejjer toħroġ minnha basta li timxi b’moħħok u mhux b’qalbek. Tajjeb li tagħraf li għalkemm inti tħobb timxi waħdek jista’ jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta’ parir li dan jaf ikun ta’ forma ta’ gwida f’din il-fażi u b’hekk issaħħaħ aktar l-abbiltà li għandek bżonn bħalissa.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, aħbar li ilek tant tistenna u forsi kkaġunatlek xi ftit stress, daqt tirċiviha u minn din l-aħbar int tkun tista’ tibda tippjana dak li kellek f’moħħok. Ma’ dan ukoll persuna li kont ilek ma tiltaqa’ magħha se Titfaċċa u din taf tagħtik forma ta’ parir li jaf jikkombina ma’ dan kollu li int tkun qed tippjana. Għalhekk issa hu l-mument tiegħek u tgħaġġilx għax kif jgħid il-Malti, qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan sejjer iġiblek pjan ta’ investiment tajjeb li int kont ilek tħejji għalih u dan ser ikun ta’ spint f’dak li tagħmel. Irid isir kemm pjan tajjeb u teħid ta’ parir tajjeb finanzjarjament tajjeb ukoll ħalli mhux jinqala’ xi ħaġa u teħel. Ħaġa marbuta ma’ dan hija li wasal iż-żmien li tibda tanalizza aktar is-sitwazzjonijiet waħdek u ma ddaħħal lil ħadd madwarek sabiex dan ikun biss sodisfazzjon tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan ser ilaqqgħek ma’ persuna li kienet viċin tiegħek imma minħabba dak li kien inqala’ kontu nfridtu. Issa reġa’ wasal iż-żmien li din is-sitwazzjoni tissewwa u titranġa u din taf tkun opportunità tajba għalik. Wasal il-mument li din il-ferita tkun imfejqa ħalli int wara li dan se tagħraf kemm kien utli li dan sar sabiex int tkompli miexi aktar ’il quddiem f’dak li huwa utli għalik.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Pisces
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan se joħloq ftit ta’ tensjoni madwarek. Din se tibqa’ għaddejja għal ftit taż-żmien mhux ħażin u dan jaf joħloq ftit tal-pressjoni madwarek. Minħabba f’hekk jaqbel li inti tieħu ftit ħin għall-mistrieħ u forsi tibda tmur il-gym jew tibda timxi ħalli int toħloq attività madwarek ħalli sa kemm jgħaddi dan il-proċess int tkun megħdi b’affarijiet li tħobb tagħmel. Dan kollu għandu jgħaddi sa żmien għaxart ijiem oħra.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan se joffrilek laqgħa ma’ persuna biex tipproponilek opportunità. Trid tagħraf is-sagrifiċju li trid tagħmel sabiex int tkun tista’ twettaq din l-opportunità li ġiet offruta lilek. Trid tagħraf ukoll li minħabba f’hekk trid tagħraf iżżomm bilanċ ukoll fl-imħabba tiegħek għalhekk int għandek tpoġġi bilqiegħda u tagħmel analiżi profonda ta’ din l-opportunità ħalli meta tidħol is-sitwazzjoni tkun kapaċi tagħraf iżżomm il-bilanċ meħtieġ.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek sens ta’ sigurtà din il-ġimgħa ġejja minn Taurus
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà ta