L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Aquarius ser tkun tfisser bidu ta’ ideat ġodda li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex int tkompli fit-tkabbir ta’ dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-ideat anzi agħraf sabiex tara li twettaqhom għax hekk ikun prospettiva pożittiva għalik u dan ser ikompli jwasslek sabiex tibni aktar ambjent stabbli madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Pisces ser tfisser tisħiħ aktar profond f’dak li għandek madwarek u dan barra li se jitkompla t-tkabbir ta’ dak li hemm. Importanti li t-tkabbir li hemm ġej ikun dovut għal dak li ġewwa fik qiegħed taspira u xejn aktar minn hekk. Dan huwa mument ta’ tkabbir ma’ dak li int akkwistajt fil-karriera tiegħek u għalhekk agħraf kun kawt sabiex tkompli tikber. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Aries riesqa enerġija pożittiva favur tiegħek minn kwalunkwe anġlu barra wkoll li taħbat ma’ żmien feliċi li riesaq lejk ukoll. Kollox ma’ kollox san ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti, li dak li int tagħraf jista’ jkun kollu vera imma trid tagħraf kif! Tant hu hekk li dan għandu jkun staġun ta’ prospettiva posittiva għalik.Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun ifisser żmien ta’ tibdil fl-iskeda li għandek ifformolata. Dan ser iwassal sabiex int tagħraf tajjeb aktar l-iskeda kollha u mhux biss dik ta’ kif tippjana madwar il-karriera tiegħek imma wkoll madwar l-imħabba u l-ħin għalik innifsek. Dan għandu jkun żmien tajjeb għall-formolazzjoni u rifflessjoni ta’ ppjanar aħjar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Gemini, din il-ġimgħa tfisser li se tibda tara iżjed dawl ta’ dak li int trid tagħraf. Bil-mod dan it-tibdil ser ikun ukoll dak is-sinjal li int tant ilek tistenna. Għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut imma se tibda tagħraf fejn qiegħda twasslek it-triq li qbadt bil-prospetti kollha li resqin lejk. Agħraf li dan il-mument issarrfu tajjeb sabiex tagħlaq is-sena b’suċċess. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Cancer ser tkun tfisser bidu ta’ ħolma li int ilek tant tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt fl-aħħar mill-aħħar dan ser tarah iseħħ u dak li dejjem ħsibt li forsi se jkun ftit iebes, wasal il-mument li se tibda taħsad minn dak li żrajt. B’hekk din il-ġimgħa agħraf aħtaf kull ċans li jersaq u joffrilek opportunitajiet sbieħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Leo ser tkun tfisser bidu kompletament fuq skala differenti minn dak li attwalment kont qed twettaq. Dan il-bidu ġdid irid ikollu tħejjija tajba rigward il-ħsieb li int trid twettaq. Pjan tajjeb u ħsieb imsaħħaħ għaliex b’hekk issaħħaħ dak li ġej u li bih aktar prospetti sejrin jikbru. Kun kawt f’dak li tiddeċiedi li tagħmel. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’  Virgo ser tfisser mument ta’ sfida bejn dak li int tagħraf li huwa importanti għal dak li ser ikun imressaq lejk minn pariri li jagħtuk nies qrib tiegħek. L-aspettattiva personali tiegħek tibqa’ l-arma ta’ dak li hemm riesaq għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Libra ser tiffoka fuq il-karriera tiegħek li minn żmien għal żmien dejjem tespandi imma aktar minn hekk ser issib ħin għalik innifsek sabiex twettaq personalment dak li verament tieħu gost tagħmel. Dan jista’ jkun xi delizzju partikolari li forsi minħabba impenji oħra naqqast minnu u għalhekk f’din il-ġimgħa partikolari tista’ tieħu ħsieb dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Scorpio ser tagħmlek aktar anzjuż sabiex dak li int tkun trid twettaq twettqu aktar malajr mis-soltu. Imma trid toqgħod attent għax xi kultant l-għaġġla taf tikkawża l-problemi. Ftakar li qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Għalhekk waqt li ma toqgħodx tħalli s-sitwazzjonijiet fuq l-ixkaffa, agħraf imxi b’pass tajjeb. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Sagittarius ser toffri deċiżjonijiet ta’ responabbilità ġdida li taf tkun kemm fil-familja kif ukoll fil-karriera. Dawn sejrin ikunu żewġ fronti li f’dawn il-jiem ser ikun hemm responsabbilità kbira madwarhom imma kun kawt biżżejjed u agħraf iżjed dak li riesaq. Aktar ma tagħraf b’għaqal aktar timxi. Agħraf li kull responsbbilità ġġib il-piż magħha.Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Din il-ġimgħa għaż-żodijaku ta’ Capricorn ser tkun ġimgħa ta’ pressjoni aktar mis-soltu sabiex int twettaq dak li ilu pendenti madwarek. Imma issa jrid jiġi mwettaq f’dawn il-ġranet addattati u dan bla ma tpoġġi lilek innifsek taħt ebda pressjoni żejda. Int għandek tagħraf li fl-aħħar mill-aħħar trid tieħu deċiżjonijiet f’dan l-aspett. Għalhek agġraf li din tkun ġimgħa ta’ tħejjija u mhux ta’ tfixkil. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li f’dan il-mument se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment