X'jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
L-Oroskopju mill-Ħadd 18 ta’ Frar sas-Sibt 24 ta’ Frar
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aquarius ser jgħinek tibda tagħraf aktar il-ħtiġijiet tiegħek għalkemm f’dan il-mument dan il-kliem jaf ikun ftit iebes però trid issib aktar x’inhu l-bżonn vera tiegħek. Il-vera bżonn għal ħajtek. Kif int bħalissa suppost qed tgawdi minn ċertu stabbilità. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Scorpio
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Pisces se jurik li għalkemm il-ħajja taf tkun xi ftit iebsa madwarek imma int għandek kapaċitajiet tajba biżżejjed li dan iż-żmien tegħlbu dejjem jekk tagħraf kif għandek timxi, għalkemm int għaddej minn mument feliċi, qatta ma bsart li jista’ jinqala’ xi mewġ f’dan il-perjodu. Kun imħejji għalih. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u iswed
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 23 u 24
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Aries ser jagħmlek tagħraf tkabbar aktar il-fiduċja tiegħek kemm ta’ madwarek u aktar u aktar mas-sieħeb jew sieħba tiegħek fejn bħalissa m’intix qed tafda tant ċertu ċaqliq li skont int mhux normali imma emmen fik innifsek u kompli ħares ’il quddiem. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 23
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Taurus se jagħmlek tippjana u qis li tibqa’ għaddejja bil-pjanijiet tiegħek, tħalli lil ħadd u xejn jisfrattak minn din il-vaganza għax din ħa tkun ta’ ftit spazju u żvog għall-ħajja tant ikkumplikata u mimlija tiegħek. Imbagħad wara li tasal lura int tkun ħadt dik l-enerġija sabiex terġa’ tibda tirranka. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 24
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Gemini
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Gemini se jagħmlek iffokat fil-pjanijiet li int għandek imfassal ġa jinħass it-tooqol tagħhom u għalkemm qiegħed tipprova tqassam il-ħin tal-jum f’bilanċ assolut xorta qiegħed jindika li m’intix tlaħħaq. Dawn it-tliet xhur li ġejjin ħa jkunu xhur ta’ ħidma bla tarf f’dak li għandu x’jaqsam rigward il-karriera tiegħek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:19, 21, 22 u 23
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Cancer se jagħmlek tagħraf il-vera soluzzjoni li int xtaqt jew ħsibt. F’dawn il-ġimgħat li ġejjin int ħa tagħraf xi żball għamilt u anke jista’ jkun li tagħraf li għaġġilt xi ftit imma din issa tista’ tkun tagħlima għalik biex għall-futur qarib int tkun aktar konxja minn dak li twettaq. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 24
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Leo se jagħmlek tagħraf sabiex ma tinqabadx fuq sieq waħda u dan jaf iwassal għal sitwazzjoni ftit delikata. Għalhekk kemm tista’ kun dejjem iffoka fuq dak kollu ta’ madwarek ħalli kemm tista’ tilqa’ għal dak li jkun ġej. Dan il-prinċipju żommu. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22, u 23
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Virgo se jagħmlek tagħraf li bħalissa mhix fażi li tista’ ssejħilha fuq il-linja t-tajba. Ovjament għal raħunijiet varji dan int m’intix tagħrfu jista’ jkun il-pass biex jiftaħlek triq ħalli int tkun tista’ tagħraf u tiggwida lilek innifsek għal titjib sabiex dak li hemm ikompli jissaħħaħ. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 21, 23 u 24
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Taurus
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Libra se jagħmlek aktar konxju dwar ħajtek għalhekk għaraf li din il-ħajja sa kemm tista’u kif tista’ tagħmilha għalik waħda bilanċjata li bħall-miżin ta’ Libra qiegħed daqsxejn żbilanċjat. Agħraf li fil-ħajja tiegħek għandek persuni oħra madwarek li jixirqilhom ftit aktar attenzjoni. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 21 u 22
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Sagittarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Scorpio se jagħmlek tagħraf li dak li int ġarrabt fil-passat ma tistax tibqa’ tikaxkru għall-kumplament ta’ ħajtek. Agħraf dak li int tgħallimt minnu u issa wasal iż-żmien li int tibda tħares ’il quddiem għax riesaq żmien aktar feliċi għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 22 u 24
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Gemini
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Sagittarius se jagħmlek tagħraf sabiex ftit ftit tibda tħares minn lenti pożittiva u ibda bil-mod ikkumbatti dak li qiegħed ikun ta’ problema għalik int għandek tagħraf il-potenzjal tiegħek u kemm għandek x’toffri. Il-ħajja sfortunatament mimlija ostakli imma rridu nkunu aħna li negħlbuhom. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u 23
L-istilla bl-akbar għajnuna finanzjarja għalik ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku għall-istilla ta’ Capricorn se jagħmlek tinnota li fir-relazzjoni tiegħek mhux bilfors tista’ tkun dak li int qiegħda ddaħħal f’moħħok. Agħraf ftit dak kollu li huwa għaddej madwarkom u hemm tista’ tibda tħoll ftit ftit din il-kobba li bdiet titħabbel żmien ta’ ftit aktar riflessjoni. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 20 u 25
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini
Capricorn huma magħrufin għall-gwida diretta li joffru