Ġimgħa tajba jew ħażina? Ara l-istilel x'għandhom x'jgħidulek
L-Oroskopju mill-Ħadd 15 t’April sas-Sibt 21 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b’aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek iżżomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ konsegwenzi, imma minflok tkattar dak li ġej u tissaħħaħ. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ Pisces ser ikun ifisser mument ta’ ftit aktar tensjoni madwarek, ftit aktar mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u s-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat però finalment int se tkun rebbieħ. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 20
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċċjah b’aktar kalma u trankwillità u b’hek timmatura, Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b’aktar maturità u għaqal f’dak li ġej u fil-ħidma tiegħek u anke fir-relazzjoni li għandek. Agħraf għaqqad l-esperjenzi sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 20
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun ifisser mument li jagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijet tiegħek u dak li hemm madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik u dan ser isarraf sabiex int turi aktar l-abbiltà qawwija f’dak li int tesprimi u twassal. Agħaraf sew din il-fażi. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 19, 20 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja dan issa ser jinbidel. Bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta’ dak kollu li hemm madwarek. Agħraf l-isfida. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk int tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja, kemm dak personali kif ukoll dak li għaddej madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkn li terġa’ tirbaħ dak li tlift mill-karattru. Kun imħejji. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 18, 19 u 20
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi aktar b’pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-rittmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 20 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ madwarek speċjalment fir-relazzjoni li int għandek iżżomm bilanċ għaliha. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ikun mument inċert f’dak li int trid twettaq dan se joħloq ftit ta’ tensjoni fl-iskorpjuni imma int trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b’hekk int tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem f’dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17, 18, 19 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li taf terġa’ tidħol mill-passat tiegħek. Din ovvjament taf toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta’ madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b’hekk biss tista’ timxi ’l quddiem. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 21
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastika sabiex tkabbar dak li hemm madwarek. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek jagħmel possibbli li tirċievi dak kollu li jista’ lilek jagħmlek aħjar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19
L-istilla li lse tispirak għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru