X'qed jgħidu fuqek l-istilel?
L-Oroskopju mwassal għalikom mill-Ħadd 22 ta’ April sas-Sibt 28 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser dan ser iġib miegħu taqlib u dan il-perjodu ser joffrilek opportunità pożittiva mmens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tinqata; imma jekk dejjem int temmen fik innifsek aktar tkun kapaċi tegħleb l-ostakli u dan huwa ż-żmien fl-astroloġija li jgħinek tagħraf issib lilek innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 277 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Scorpio
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li dan ser iġib miegħu perjodu ta’ taqlib u int trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħtih importanza. Minħabba f’hekk l-effett issa se jinħass madwarek, għalhekk malli tara ċertu ċaqliq li mhux se jogħġbok u għandek tilqa’ sabiex ma jinħolqux sitwazzjonijiet ikkomplikati żżejjed. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Libra
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li trattab rasek minn mument għall-ieħor. Dan għaliex issa, aktar minn qatt qabel ser ikun effettiv dak il-karattru iebes tiegħek. Dan jaf ikun ta’ xkiel kemm mill-att ta’ karriera u wisq aktar jekk għandek relazzjoni. Għalhekk uża aktar moħħok milli qalbek, hekk biss timxi aktar ’il quddiem. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Issa li beda ż-żodijaku tal-istilla tiegħek, int bħala Taurus għalik dan ifisser li ser ikollok ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha fil-kexxun! Dan biex int tkun tista’ timxi fuq dak il-ħsieb għaqli u jekk jirnexxielek tagħmel dan se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Virgo
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser toroq aktar miftuħa b’opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk għandek xi relazzjoni. Din se toffrilek xejra ta’ tibdil pożittiv. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-karriera fejn hemm ħafna tibdil u affarijiet kompletament ġodda. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 27 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta’ dak li int qed tiffoka fuqu. Issa int se tkun iffokat fuq dak li għaddej madwarek iktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf iżżomm bilanċ mat-tkomplia tal-ħajja madwarek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li int għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek timxi fuq il-pariri ta’ ħaddieħor f’dan il-perjodu. Li tisma’ parir dejjem huwa ta’ gwida imma għandek tasal s’hemm. Int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed biex tasal għall-konklużjonijiet tiegħek mingħajr ebda parir. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li l-perjodu madwarek ser ikun aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif int tagħraf li dan huwa perjodu ta’ stabbilità aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar ’il quddiem kemm fil-karriera u anke fil-ħidma li topera. Għalhekk aħtaf dan iż-żmien stabbli li ġej għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aquarius
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li int tista’ tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk ikun tajjeb li dan il-perjodu tużah biex iddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal mument ta’ pressjoni fil-karriera tkun aktar imħejji u tagħraf tilqa’ għal dan. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik, din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik għalhekk int trid tagħraf iżżomm kemm tista’ Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Cancer
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li int fl-imħabba kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent għandek. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu ftit ta’ konfużjoni għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent għax il-passat kien biss . Imxi u ħares ’il quddiem. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Leo
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Issa li beda ż-żodijaku ta’ Taurus għalik ser ikun ifisser li se toħloq xi ftit tensjoni madwarek ftit aktar mis-soltu, u dan l-aktar li se jaffettwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek u anke fir-relazzjoni li għandek. Taf tkun ħafna aktar f’nervi u kollox bħal qisek tara kollox ġej ħażin. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27
L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Gemini
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru