L-Arċidjoċesi tfakkar li l-ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes huwa pprojbit

Saħqet li ma għandux ikun hemm eċċezzjonijiet f’anniversarji jew ċirkustanzi oħra

Ritratt: Malta 5D
Ritratt: Malta 5D

L-Arċidjoċesi ta' Malta ħarġet ċirkolari li fiha qed tfakkar li l-logħob tan-nar minn fuq il-knejjes jew minn proprjetà tal-Knisja.

Fiċ-ċirkolari, il-Knisja saħqet li din il-policy għandha tapplika għal kull knisja u proprjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja.

"Ma jsirux eċċezzjonijiet f’anniversarji jew ċirkustanzi oħra," tisħaq l-istqarrija.

Il-Knisja saħqet lil-arċipriet/kappillan jew ir-rettur tal-knisja huwa responsabbli li jara li din il-policy tkun segwita.

Huma ħafna dawk il-festi li jaħarqu kaxxa, magħrufa taċ-Ċina, minn fuq il-bejt tal-knisja mal-ħruġ jew id-dħul tal-purċissjoni.

Il-festa tal-Mellieħa hija magħrufa għall-ispettaklu ta' nar li jsir mal-faċċata tal-knisja lejlet il-festa, ftit qabel it-tokki ta' nofsilejl.

 

More in Divertiment