X'qed tgħid l-istilla tiegħek għal din il-ġimgħa?
L-Oroskopju li jiftaħ iż-żodijaku ta’ Gemini
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Aquarius ser ikun ifisser bidu ta’ ideat ġodda, ideat li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fit-tkabbir ta’ dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dan l-ideat anzi agħraf sabiex twettaqhom, agħraf b’hekk dan li ġej. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 23, 24 u 25
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Pisces ser ikun ifisser tisħiħ aktar profond f’dak li għaddej madwarek. It-tkabbir li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li ġewwa fik qiegħed taspira u xejn aktar. Għalhekk dan jista’ jkun ix-xahar tiegħek imma agħraf li ħsibijietek iżżommhom ġewwa fik. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Aries ser ikun ifisser ħafna enerġija favur tiegħek minn kwalunkwe angolu. Kollox ma’ kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti u fejn int vera se tagħraf dak kollu li trid u tixtieq. Dan verament jista’ jiġi lejk. Agħraf biss lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista’ jinfluwenzak bih. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 23, 24 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Taurus ser ikun ifisser ftit ta’ tibdil mill-iskeda li għandek ifformulata, dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha mhux biss dik ta’ kif tippjana jew tqassam il-karriera tiegħek imma wkoll kif għandek issaħħaħ l-imħabba ta’ madwarek sabiex tkun komplut. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għall-istess Gemini huwa ż-żodijaku bażiku tiegħek u dan għalik ser ikun ifisser li se tibda tara iżjed id-dawl ta’ dak li int tant trid. Trid tagħraf aktar il-ħiliet tiegħek. Bilmod dan it-tibdil ser ikun dak is-sinjal li tant ilek tistenna għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut imma se tibda tagħraf aktar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 25
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Cancer ser ikun ifisser bidu ta’ ħolma li int ilek tant tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt. Fl-aħħar mill-aħħar dan se tarah reali. Tara dak li dejjem ħsibt kien xi ftit iebes u sa fl-aħħar wasal iż-żmien fejn se tibda taħsad minn dak li żrajt. Għalik ser ikun ta’ ispirazzjoni u nifs ġdid f’dak li xtaqt.
Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 25
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Leo ser ikun ifisser bidu ta’ attività kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont attwalment qed twettaq. Però issa għal din l-attività jrid ikollok tħejjija tajba u pożittiva speċjalment rigward il-pjan li trid twettaq. Aktar ma ttejjeb il-ħsieb dwar il-pjanijiet tiegħek aktar issaħħaħ l-attività. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 24 u 25
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Virgo se joffri l-impatt tiegħu u għal dawn il-ġranet li ġejjin kif int se tikkonfronta lil min jipprova bħal qisu jgħaddik minn għajn il-labra, issa trid toqgħod ferm attent għax dak li int se tħoss mhux se jkun bħas-soltu u taf tkun xi ftit aktar agressiv meta tiġi kontra l-kurrent. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Libra ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tibda tħejji l-ħsieb jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xi forma tat-tieni opinjoni għalkemm fl-aħħar tkun int li tasal tagħmel deċiżjoni. Però issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin din is-sitwazzjoni mhix ser tibqa’ aktar fik. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 22 u 24
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini
Libra huma magħrufin għat-tmexxija tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Scorpio ser jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk fiż-żmien qarib, li din id-deċiżjoni se tkun taf li għandek ikollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li llum għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f’dan il-mument kulma tagħmel irid ikun tajjeb għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Sagittarius ser ikun biedu sabiex tibda tippjana jew tħejji lilek innifsek aktar. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek ma toħloqx inċertezza. Int trid iżżomm mal-ħsieb li kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar fih. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u25
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Gemini għal Capricorn ser jgħinek kif int trid tkattar aktar l-impatt tiegħek fil-mod ta’ kif iżżomm dak li akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta’ tfixkil però mill-esperjenzi passati tiegħek tista’ tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek iżżommu u tagħraf aktar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 26
L-istilla li se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru