Films li ma għandekx titlef din il-ġimgħa

Jekk għandek ftit ħin fuq idejk sib ftit ċans biex tara dawn il-films..

Deadpool 2

Atturi Ewlenin: Ryan Reynolds; Josh Brolin; Morena Baccarin; Julian Dennison; Zazie Beetz; Briana Hildebrand.

Direttur: David Leitch.

Maħruġ minn KRS Releasing.

Tul: 119 min

Ċert. 15

‘Deadpool 2’ huwa film ieħor dwar ċorma ta' supereroj tal-kotba komiks Marvel. Wara s-suċċess fl-2016 ta' ‘Deadpool’, it-tim ta' individwi ġenetikament mibdulin magħrufa bħala ‘X-Force’ taħt it-tmexxija ta' Wade Wilson magħruf bħala Deadpool (Reynolds), jingħaqdu flimkien biex jipproteġu lil żagħżugħ, ukoll b'poteri qawwija, minn suldat imbattibbli li kapaċi jivvjaġġa matul iż-żmien, li qed ifittxu. Nathan Summers/Cable (Brolin) qed isus wara Russell Collins jew Firefist (Dennison), li minn idejh joħorġu vampi qawwija ta' nar, biex jisfrutta dan it-talent li għandu għall-finijiet malinni tiegħu. Il-grupp ‘X-Force’, kompost minn Deadpool li ġismu kapaċi jfejjaq lilu nniffsr malajr, però persuntu mimlija farretti, Vanessa Carlyle (Baccarin), il-maħbuba ta' Deadpool, Neema Thurma/Domino (Beetz), b'ħila kbira għall-armi, Negasonic Teenage Warhead (Hildebrand), li kapaċi tikkawża splużżjonijiet atomiċi, u oħrajn se jazzardaw ħafna biex jippruvaw jeħilsu lil Firefist milli jaqa' taħt l-influwenza ta' Gable. ‘Deadpool 2’ jiżvolġi qisu qed tara jew taqra ktieb komik jieħu l-ħajja quddiem għajnejk, b'azzjoni qawwija, ħerba u stragi ta' spiss u b'supereroj kollha kemm huma kapaċi jfiequ malajr minn kull ħsara li jġarrbu. L-effetti speċjali vizzwali huma eċċellenti u tant impressjonanti meta wieħed jarah bit-3D. Skont sekwenzi żgħar waqt il-kreddti tal-aħħar, hemm probabilita' li fil-futur jiżdiedu supereroj ġodda bħal Wolverene. Dan huwa l-ħdax-il episodju tas-sensiela ‘X-Men’.

(Qabel dan il-film qed jintwera film qasir ta' 10 minuti ‘Magic Mouse’. Dan il-film tassew ħelu dwar l-apparat li jintuża għall-kompjuter, hi produzzjoni lokali li rebħet 7 premjijiet).

I Feel Pretty

Atturi Ewlenin: Amy Schumer; Michelle Williams; Rory Sċovel; Emily Ratajkowski; Naomi Campbell; Lauren Hutton.

Diretturi; Abby Kohl u Marc Silverstein.

Maħruġ minn KRS Releasing.

Tul: 110 min.

Ċert. 12A

Il-kummidjanta Amy Schumer, minkejja wiċċ sabiħ, ta' disposizzjoni ħelwa u pjuttost simpatika, hi konxja li m'għandhiex xi figura sexy. Fiżikament xi ftit imbaċċa u anki nieqsa mit-tul, għarrfet kif taddatta ruħha fuq il-liżar ċinematografiku. F'‘I Feel Pretty’ taħdem il-parti ta' Reneè Bennett, mara żagħżugħa mhux daqshekk attraenti li qed titħabat ma' insigurtà dwar l-apparenza tagħha. Hi taħdem f'uffiċċju taħt l-art fid-distrett ta' Chinatown, fi New York, fejn tieħu ħsieb is-sit tal-kosmetici tad-ditta rinomata Lily St. Claire. Kieku tixtieq ħafna li tmur taħdem fil-kwartieri prinċipali tagħhom ġo Fifth Avenue, iżda ma tapplikax billi waħda mill-kundizzjonijiet hija li jrid ikollha personalità mill-isbaħ. Wara tisbita mal-art fejn taħbat rasha meta tkun qed tagħmel eżerċizzju fiżiku fuq rota stabbli, tintilef minn sensiha. Meta tqum, tistħajjel lilha nniffisha bħala mara ta' sbuħija minkejja li fid-deher xejn ma nbidel. Issa, mimlija b'kunfidenza ġdida u soda tibda tara lid-dinja mod ieħor u dak kollu li beżgħet tagħmel qabel malajr tidħol għalih b'rieda qawwija. F'din is-sura immaġinarja tagħha tibda ssib xi suċċess, però titlef dak li tant kien għażiż ghalieha qabel. Fl-aħħar tirrealizza li l-aħjar mod hu li taċċetta hi kif inhi. ‘I Feel Pretty’ hi kummiedja ta' rutina bi ħjiel romantiku ordinarju li sserraħ ħafna fuq il-kariżma ta' Amy Schumer.

Sobibor

Atturi Ewlenin: Konstantin Khabensky; Christopher Lambert; Michalina Olzanska; Wolfgang Cerny; Maximilian Dirr; Mariya Kozhevnikova.

Direttur: Konstantin Khabensky.

Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas.

Tul: 112 min.

 Ċert. 15

Il-ħruxija u l-kattiverija tan-Nazis, l-aktar mal-poplu Lhudi, dehret ċarament fil-kampijiet tal-mewt mibnijin apposta għal dan il-għan. B'regolarità' sistematika, dan il-poplu kien iddestinat biex iħalli ħajtu, ggassjat jew taħt torturi ħorox ta' xogħol iebes u servili. Wieħed mill-agħar kampijiet ta' konċentrament kien dak ta' Sobibor fil-Polonja maħkuma min-Nazisti. X'ġara sewwa f'dan il-post infami konna rajnieh fil-film verament tajjeb, għat-TV ‘Escape From Sobibor’ (1987). B'mod aktar drammatiku u andament qalil tasal il-produzzjoni Russa ‘Sobibor’. Mal-ftuħ, bejn April u Mejju tal-1942, fuq ferroviji jaslu mijiet ta' Lhud mis-Slovakkja għal dan il-kamp fid-distrett ta' Lublin. Il-kmandant ikellimhom u jwegħedhom affarijiet sbieħ u normali, però wieħed malajr jinduna li se jiġri verament il-kontra. Wara l-esterminazzjoni ta' ħafna min-nisa, li jibqa' jiġi stmati agħar mill-iskjavi. Dan ix-xogħol jiffoka ħafna fuq ir-reazzjoni tal-Lhud priġunieri bejniethom anki b'argumenti sħaħ u suspetti ta' tradiment. Il-qofol ikun Alexander Pechersky (parti maħduma mid-direttur stess, Khabenski), eroj ta' fibra li kapaċi jirreżisti kull oppressjoni tant li wieħed Lhudi sieħbu jgħid li ‘għandu qalb bħal ta' Stalin’. B'makkakerija u bil-fatt li jafu fi żgur li hemm mewt ċerta tistenniehom, flimkien joqtlu ħafna mill-kmandanti u jaħarbu bi ħġarhom minn hemm. Fir-realtà, aktarx li madwar xi 300 sabu ruħhom liberi, iżda l-maġġoranza wara nqabdu u anki ħadu s-sentenza tal-mewt. Dawk li salvaw (aktarx mal-57) ingħaqdu mar-reżistenza jiġġieldu lill-għadu. ‘Sobibor’ li hu bis-sotto titoli, għandu l-atmosfera grassa ta' dannazzjoni bħal ‘Son of Saul’ u magħmul biex jippompja l-adrenalina. Il-ħarba infernali tal-aħħar hija tassew spettakulari bil-mini midfunin fl-art jisplodu qalbhom u b'parti minnha bis-‘slow motion’. Tassew esperjenza li ddaħħlek f'qo

More in Divertiment