X'qed tgħidlek l-istilla għal din il-ġimgħa?
L-Oroskopju għaż-żmien bejn il-Ħadd 27 ta’ Mejju sas-Sibt 2 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Aquarius ser jgħinek tagħraf aktar dak li hemm madwarek. Se tagħraf dak li hu importanti u ta’ ġid għalik. Agħraf sib lilek innifsek u x’hemm bżonn l-iżjed li jsir sabiex int tissaħħaħ qabel ma jkun tard u jersaq mewġ lejk li jekk ma tagħrafx triqtek sew dan il-mewġ ser ikaxkrek miegħu. Agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Pisces se jagħmlek issaħħaħ aktar iċ-ċirku tiegħek u dan ikun ta’ ġid għalik. Għalhekk jekk int tiftaħ bil-mod iċ-ċirku tiegħek ftit ftit se tinduna kemm jeżistu opportunitajiet. Issa ma tistax tibqa’ tgħix fil-passat. Anzi l-passat użah bħala għodda sabiex b’dak kollu li għaddejt minnu tkun kapaċi tagħraf tikber. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 2
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Scorpio
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Aries se jagħmlek tagħraf li dak li int qed tagħmel huwa ġej minnek biss. Però bħalissa wasal dak iż-żmien li għandek tieħu xi forma ta’ parir u gwida, ħalli ma timxix mija fil-mija ma’ dak li tisma’ imma parir jaf jgħinek tasal għal dak li tixtieq twettaq. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 1 u 2
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Sagittarius
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Taurus ser jgħinek tagħraf li issa huwa dak il-mument li fih timxi ’l quddiem imma għalkemm tħossok qiegħed xi ftit pass lura mhux il-waqt li tkun hekk. Ippreżenta u ħejji lilek innifsek tajjeb u agħmel dan il-pass li tant ilek taħseb dwaru. Minn dan il-pass ser tara kemm verament wasal il-mument preċiż għal din id-deċiżjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Capricorn
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku taħt Gemini għall-istess Gemini ser ikun ifisser għalik mument ta’ bidu għal bidla kbira f’ħajtek. Minn dak li hemm indikat fiż-żodijaku tiegħek dan ser ikun l-ewwel pass lejn direzzjoni differenti kif ħajtek ser timxi. Ser tara fuq liema direzzjoni se tiffoka u kemm hu utli dak is-sagrifiċju kollu li għamilt. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Cancer ser ikun mument li fih taħgraf dak li ġej kontrik u forsi tippretendi attenzjoni li m’intix tirċievi, iżda xorta waħda trid tħares ’il quddiem. Xorta waħda trid taħseb li għandek timxi u tagħraf dak li riesaq lejk. Dan il-mument jurik li trid taqdef għal rasek. Int persuna mimlija b’ħafna enerġija pożittiva. Agħraf aktar lilek innifsek.
Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 2
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Leo
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku taħt Gemini, għal Leo ser ikun mument li fih tagħti ħarsa fil-profond ta’ x’hemm ġewwa fik. Jekk int trid tibqa’ miexi b’ritmu li issa ilek ftit mhux ħażin li qbadt, agħraf aktar dak li qed tħoss u ibqa’ miexi. Biex tibqa’ għaddej kif int ma tistax togħġob lil kulħadd. Ovjament huwa tajjeb li taħseb ftit iżjed dak li tkun trid twettaq. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 30 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Virgo ser iġib bidla li int suppost imħejji għaliha. Jekk bqajt ma tħejjejtx jaqbillek tibda sabiex ma tinqabadx fuq sieq waħda. Min-naħa l-oħra f’ħajtek għandek relazzjoni li fiha trid tagħraf tkun flessibbli u toffri aktar motivazzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 1 u 2
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Libra ser iġiegħlek tinduna b’dawk ta’ madwarek li qed iħossu li m’intix tkun kif is-soltu magħruf li tkun. Jista’ jkun kaġun ta’ ċertu pressjoni jew respnsabbiltà li kibret madwarek. Issa hemm bżonn li fl-iqsar żmien possibbli terġa’ taqbad dak ir-ritmu li tant int magħruf għalih. Forsi jkun tajjeb tieqaf ftit jiem u tirrilassa. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Pisces
Libra huma magħrufin għat-tmexxija tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Scorpio ser jgħinek tagħraf toffri dak li int taf. Dan ikun il-qofol fil-jiem li ġejjin. Dan huwa l-mument fejn int minħabba din is-sitwazzjoni turi l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek u minn hawn ’il quddiem il-karriera tiegħek sejra tieħu spinta u bidla li dawn ser jgħinuk tagħraf dik il-pożizzjoni li tant ilek taspira għaliha. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 30 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Virgo
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Ssagittarius ser ikun opportunità biex ma tibqax imwaħħal mal-passat tiegħek għaliex mingħajr ma tinduna qed jikkaġunalek ħafna tensjoni u mentalment qed taqa’ lura. Hemm bżonn tagħmel sforz qawwi sabiex il-passat ikun kapitlu magħlu u tibda tħares ’il quddiem. Jekk pass ma tagħmlux illum xorta waħda trid twettqu. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 2
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku taħt Gemini għal Capricorn ser ikun ta’ eżami tal-kuxjenza sabiex tagħraf aktar x’inhu importanti għalik. Issa huwa dak il-mument li int trid tagħraf il-pass li jmiss. Toqgħodx tibża’ minn ċerti bidliet li ser ikun hemm bżonn għax fl-aħħar mill-aħħar dak kollu li se jiġri huwa għall-benefiċċju u s-sodisfazzjon tiegħek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 31 u 1
L-istilla li se tagħtik l-enerġija ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru