X'qed tbassar l-istilla tiegħek?

L-Oroskopju bejn il-Ħadd 19 t’Awwissu sas-Sibt 25 t’Awwissu

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwasslek għal tħejjija sabiex tagħraf eżattament dak li huwa tajjeb għaż-żmien li ġej. Int għandek tagħraf li issa huwa l-mument sabiex tibni lilek innifsek u tissaħħaħ aktar għal dak li ġej. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 23 u 25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces se jgħarrfek li għandek tiftaħ għajnejk għal dawk ta’ madwarek, dawk li huma persuni verament ġenwini li dejjem tawk l-appoġġ meħtieġ meta għaddejt minn mumenti diffiċli. Agħraf dan u ftakar dejjem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 23 u 24

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ Aries se jdaħħlek f’mument li tirrifletti eżattament minn dak li għaddejt din is-sena sabiex tużah fix-xhur li ġejjin, b’hekk int tibni pedament sod b’aktar tkabbir madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 24 u 25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus se jwasslek għal għarfien aktar ta’ dak li akkwistajt matul dawn l-aħħar xhur. Jekk int tħares lura u tara dak kollu li wettaqt se tħoss ċertu sodisfazzjon u dan ikun biżżejjed sabiex tagħraf kemm int verament kapaċi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 24

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini huwa żmien profond ta’ konċentrazzjoni fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Konċentrazzjoni fuq proġetti li għandek imħejjija għax-xhur li ġejjin sabix tkompli ċ-ċirku mistiku ta’ madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 23 u 25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn

Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer huwa żmien ta’ ppjanar f’dak li ilek tant taħseb għalih. Dan huwa perjodu ta’ konċentrazzjoni għal dak l-ippjanar li se jkun importanti. Taqtax qalbek u kompli miexi ’l quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 22, 23 u 24

L-istilla li l-aktar taffettwak b’mod pożittiv ġejja minn

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo jfisser mument li tgħaqqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt sabiex tiġi għall-konklużjonijiet. Issa għamilt biżżejjed sabiex tisma’, ieqaf ftit, irrifletti fuq dak kollu li smajt u ddeċiedi. Wasal il-mument li tkattar Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 24 u 25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Capricorn

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Iż-żodijaku ta’ Virgo qed jagħtik iċ-ċans tagħraf id-differenzi li esperjenzajt sabiex minn dawn l-esperjenzi int tkun tista’ taqsam aħjar bejn il-karriera u l-ħin ta’ benefiċċju għalik. Il-bilanċ huwa ferm importanti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 24

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra se jiftaħlek il-possibilità li int tkattar aktar il-ħajja madwarek. Tista’ tkompli tikber fil-karriera tiegħek, tista’ tkattar l-imħabba tiegħek u jistgħu jinfetħu toroq ġodda li forsikienu magħluqin. Ħares ’il quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 22 u 25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio huwa żmien ta’ kalma, il-kalmezza ġewwa fik se tagħraf tegħleb l-ostakli differenti li ġejjin. M’għandekx għaliex titlef din il-kalma. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 22, 23 u 24

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser iwasslek f’dak il-mument maġiku li tagħraf tirbaħ u tkattar lejk dak kollu li int trid tagħraf. Bħalissa għandek l-isbaħ żmien li ssaħħaħ kull parti f’ħajtek. Agħraf dan il-mument importanti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u25

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Pisces

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun għalik biex tagħraf l-aktar affarijiet importanti qabel ma tidħol fiż-żodijaku ta’ Libra. Dan ikun żmien maġiku sabiex tibni l-madwar tiegħek. Agħraf ħejji tajjeb sabiex tissaħħaħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 22, 23 u 24

L-istilla li se timlik b’ħeġġa pożittiva ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment