X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju li jiftaħ iż-żodijaku ta’ Libra  mill-Ħadd 23 ta’ Settembru sas-Sibt 22 ta’ Settembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra ġġib taqlib ovjament int dan il-perjodu se joffrilek opportunità pożittiva mmens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat se tiltaqa’ magħha imma jekk dejjem temmen fik innifsek se tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġja għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra ġġib magħha taqlib li int trid toqgħod ftut aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti importanza. Trid tagħraf sabiex sitwazzjonijiet ta’ inqas importanza toqgħod ftit aktar ta’ attenzjoni minn dak li jista’ joħroġ minnhom, aħjar tkun ftit aktar imħejji għax qatt ma taf x’jista’ jiżviluppa. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 28 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra tgħinek trattab ir-ras iebsa li jaf ikollok minn mument għall-ieħor. Dan għaliex taħt iż-żodijaku aktar minn qabel ser ikun effettiv għaċ-ċertu ebusija ta’ fik. Dan jaf ikun ta’ ħafna xkiel kemm mil-lat tal-karriera wisq aktar fir-relazzjoni. Għalhekk agħraf ikkontrolla sabiex timxi aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Sagittarius

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra  tfisser li ser ikollok taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b’moħħok  milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha fil-kexxun sabiex tkun tist timxi fuq dak li taħseb bl-għaqal tal-moħħ. Jekk jirnexxilek tagħmel dan se tasal f’sitwazzjonijiet pożittivi aktar milli kieku kont tuża dak li jiġi mill-qalb. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra toffrilek xejra ta’ tibdil pożittiv. Madanakollu bħalissa l-aktar li qed tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil u affarijiet ġodda. Issa trid tkun moħħok hemm u aktar iffokat. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 27 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra ċċaqalqek aktar lejn l-istabbilità ta’ dak li kont qed tiffoka fuqu. Issa dak il-perjodu li int se tkun iffokat fuq dak li għaddej madwarek se jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ u trid tagħraf iżżomm bilanċ mat-tkomplija ta’ ħajtek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  24, 25, 27 u 28  

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Pisces

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din se tfisser li int għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek għandek dan il-perjodu biex tagħraf tagħraf il-pariri ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parir huwa dejjem ta’ gwida imma asal s’hemm. Agħraf kull aspett li int.   Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Capricorn

 Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra tfisser perjodu aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu. Hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbilità agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar f’dak li qed topera. Agħraf sabiex issib spazju għalik personali fejn anke ssib ħin għal ċertu eżerċizzju. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn

Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra tfisser perjodu maġiku għalik. Ibda billi tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament u għalhekk ikun tajjeb li f’dan il-perjodu ddur madwarek sabiex meta jasal il-mument ta’ pressjoni fil-karriera, tkun aktar imħejji u stabbli.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 28

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra tfisser li trid toqgħod attent tul dan il-perjodu delikat għalik. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista’ sabiex ma tiħux deċiżjonijiet mgħaġġla. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 28

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn

Leo

 Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra tfisser li int se tħossok xi ftit imfixkel bejn l-imħabba li kellek fil-passat u dik li għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik konfużjoni għalhekk int trid tiffoka biss fuq dak li għaddej minnu  fil-preżent. Jekk se taħseb fil-passat ser tiftaħ ferita li tħarbatlek kollox. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 25 u 27

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Libra din sejra  toħloq xi ftit tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek kif ukoll fir-relazzjoni li għandek. Taf tkun b’aktar nervi u kollox ikun qisu ġej ħażin. Agħraf li din hi fażi ta’ ftit ġimgħat.Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla ta’ għajnuna siwja għalik ġejja minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment