X'qed tgħidlek l-istilla?

L-oroskopju mill-Ħadd 7 t’Ottubru sas-Sibt 13 ta’ Ottubru.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  joffrilek riflessjoni dwar kemm il-ħajja tiegħek u kemm il-qagħda tiegħek fl-imħabba, qed tħossok maqbud bejn żewġ ħitan. Jekk tagħraf tirrifletti, il-pressjoni ma għandhiex tkun tant iebsa. L-importanti li tasal għal forma ta’ konklużjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10,, 12 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser ikun  żmien fejn huwa tajjeb għalik jekk jittranġaw xi differenzi li hemm, dawk familjari pereżempju. Dan huwa l-aħjar miment li fih int tagħraf sabiex dak id-diżgwid li hemm jitranġa u dan ikun ta’ direzzjoni tajba għalik għal dak li ġej. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser   iġiegħlek tħoss li int trid tagħmel xi bidliet madwarek. Bħalissa l-istilla ta’ Aries qiegħda fiż-żmien ta’ bidla. Waħda mit-tibdiliet hija li int issib spazju u aktar ħin għalik kemm biex tirrilassa jew tmur sal-gym, jew anke toħroġ mal-ħbieb. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn  Cancer

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  joħloqlok iktar inċertezza li bħalissa qiegħda ddur madwarek. Agħmel kuraġġ u b’xi mod saħħaħ lilek innifsek biex din il-faż ma tikbirx aktar milli hi. Jekk se taħrab ir-realtà s-sitwazzjoni jaf tikber. Emmen fik innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn  Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  ikun żmien ta’ riflessjoni għall-karriera tiegħek li bħalissa tinsab fuq quddiem biex tkompli tikber. Bħalissa qed tiffoka sabiex issaħħaħ il-karriera u dan se jkompli grazzi għal aktar opportunitajiet li se jkollok. Dan ser ikompli jimmotivak u jżommok attiv. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  iġiegħlek tħoss li m’intix kuntent b’dak li għaddej madwarek bħalissa. Bħal qisek qiegħed turi li kollox sew imma s-sitwazzjoni minn ġewaa hi l-oppost. Taqtax qalbek għax minn din il-ġimgħa dan ser jinbidel u hekk int tibda ġej f’postok. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  7, 9, 10 u 13  

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Virgo

Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  ifisser għalik li dan mhux il-mument it-tajjeb imma għad irid jgħaddi ż-żmien biex is-sitwazzjoni ta’ madwarek tkun pożittiva. Kif taf bħalissa għax hemm xi intoppi madwarek u għalhekk dan il-pjan isir meta l-ħajja tkun aktar stabbli.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn  Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  jgħinek iddur miegħek innifsek sabiex tikkumbatti dak li mhux iħallik tavvanza u qed ikun ta’ tfixkil għalik. Għalhekk waqt li din l-arja pożittiva qiegħda hemm int trid tagħraf tuża moħħok u tħares ’il quddiem, tibqax imweħħel mal-passat. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 11

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser ikun ta’ ostaklu u jaf jitħarbtulek xi pjanijiet. Għalhekk waqt li tara kif ser tegħlen dan l-ostaklu, bil-mod ibqa’ għaddej bil-pjanijiet iżda aħtaf dan il-perjodu sabiex tagħraf tissaħħaħ aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 12 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser  joffrilek żmien sabiex tinduna min huma l-veru ħbieb sinċiera u ġenwini għax sfortunatament għalkemm għandek ħafna ħbieb, dawn mhumiex ħbieb li tista’ tafda. Għalhekk f’dawn il-jiem għandek tagħmel analiżi ta’ min huma l-vera ħbieb u dak li mhumiex. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Leo

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser   jurik li int ma tistax tibqa’ fil-passat. Trid tara kif ser timblokka l-passat u ma tistax taspira għal futu aħjar jekk se tibqa’ mwaħħla. Agħraf sabiex tikkumbatti. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Pisces

Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta’ Libra ser ikun perjodu ta’ analiżi personali. Tajjeb tqatta’ ftit mumenti sabiex tara x’hemm bżonn isir madwarek sabiex tkompli tħares ’il quddiem. Huwa ferm importanti li tagħmel din il-pawsa u din importanti biex tagħraf aktar.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 13

L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn  Sagittarius

Capricorn huma magħrufin għall-gwida diretta li joffru.

More in Divertiment