X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-Oroskopju mill-Ħadd 18 ta’ Novembru sas-Sibt 24 ta’ Novembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Għall qamar kwinta ta’ Sagittarius dan se jipprovdilek li int trid tagħraf tkun ċar dwar eżattament xi trid vera kemm fil-ħajja ta’ madwarek u kemm f’ħajtek personali li tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn, anzitaf tikkrea ċirku negattiv li mbagħad jista’ jibda joħloq sitwazzjonijiet ikkomplikati għalhekk għandek tibda tħejji lilek innifsek għal dak li ġej. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 22, 23 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Leo
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Għall qamar kwinta ta’ Sagittarius għalik ser ikun riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel ftit irtokki personali. Dawn l-irtokki għandhom iservuk sabiex tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek sabiex int tibda tħossok aktar int fit-twettiq li trid tagħmel fil-ġimgħat li ġejjin. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Għall qamar kwinta ta’ Sagittarius għalik ser ikun mument ta’ konċentrazzjoni aktar fuq il-karriera tiegħek. Tejjeb il-ħidma ta’ madwarek u ara x’hemm bżonn aktar li tkun vijabbli għalik u dak li mhux naqqsu. Għal dan int tista’ tagħraf ukoll issib bilanċ fil-ħajja personali tiegħek u dan jista’ jkun pass aktar stabbli u tagħraf tkun aktar ibbilanċjat. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Scoprio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius għalik se jkun mument ta’ sfida sabiex tagħraf il-valur ta’ madwarek, jista’ jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek. Għalhekk issa għandek iċ-ċans kollu sabiex tirranġa din is-sitwazzjoni u tagħraf kemm tista’ tkun aħjar fil-ħajja tiegħek meta tagħraf tapprezza dak li hemm madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Libra
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius ser ikun mument li fih se tagħraf aktar il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Jekk forsi ilek ma tkun iffukat kompletament, dan ser ikun il-mument li jagħtik iktar ispirazzjoni u dan ikun pass pożittiv għal ħajtek u għal dak li riesaq lejk. Għalhekk ħejji aktar lilek innifsek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ direzzjoni ġdida fil-karriera tiegħek. Din se tiftaħlek bibien ġodda li s’issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa tara kemm inti kapaċi tibni karriera mmexxija minnek u mhux il-ħajja li tadatta għalik. Tibżax minn dan il-pass għax se tkun stabbli aktar minn qatt qabel. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 19, 21 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Capricorn
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius ser ikun għalik mument li jistimulak fi tmexxija għaqlija li tant int magħruf għaliha. Jista’ jkun li din kienet naqset xi ftit minn madwarek. Jekk int kont xi ftit inċert dwar dan issa tagħraf timxi kif tixtieq sabiex tħejji lilek innifsek aktar għal dawk l-opportunitajiet li ġejjin għalik. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin kemm huma umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius ser ikun mument li se ssib fixkla fih u jekk ma tagħrafx tikkontrolla din taf tikkundizzjonalek dak li hemm madwarek l-aktar fejn tidħol l-imħabba, għalhekk trid tagħraf tilqa’ mill-ewwel. Għalkemm int se taħseb li din mhux ser tkun xi sitwazzjoni kkumplikata iżda agħraf kun imħejji sew għal kull sitwazzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 18, 20, 21 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Sagittarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius huwa mument dwar kif se ġġib ruħek ma’ sħabek u dawk kollha li b’xi mod imdaħħlin madwarek. Issa wara taqliba li int għamilt madwarek issa trid tagħraf aktar dak li hemm madwarek. Tajjeb li tkompli tanalizza fejn hemm bżonn sabiex tkompli tissaħħaħ imma kun prudenti. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 22 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Taurus
Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius għalik huwa mument ta’ riflessjoni profonda fuq id-direzzjoni li int trid tieħu. Issa jekk m’intix se tagħraf tkun int allura mhux il-mument għal dan. Iżda jekk int lest għal din id-direzzjoni ġdida ħudha għax se tgħinek tagħraf il-ħajja li inti tant tixraqlek u li għandu jkollok. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: vjola u iswed
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 23 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Virgo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius dan huwa perjodu li fih trid tara lil min se tafda l-iktar/ Għalkemm fil-passat ġarrabt meta fdajt, bħalissa qed tifli sew lil min għandek tafda. Fejn tista’ timxi waħdek dan ikun aħjar imma fejn ma tistax trid tagħmel analiżi profonda. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 20, 22 u 23
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Għall-qamar kwinta ta’ Sagittarius għalik huwa mument fejn trid tagħraf aktar ir-responsabbilità li għandek. Taqtax qalbek minn dak kollu għax se tagħraf kemm int għaqli li bqajt tagħraf lilek innifsek u żammejt kawt għal dak kollu li kien għaddej. Dan ovjament ser ikompli jkabbrek aktar u tħejji aktar lilek innifsek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 19, 21, 23 u 24
L-istilla li se tagħtik aktar ħeġġa f’ħajtek ġejja minn Gemini
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom