X'qed tgħidlek l-istilla?

L-Oroskopju li jiftaħ il-bidu taż-żodijaku mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Aquarius ser ikun ifisser bidu ta’ ideat ġodda li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fit-tkabbir ta’ dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-ideat, anzi agħraf sabiex twettaqhom u dan ikompli.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 29 u 30

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Aquarius huma magħrufin għall-għajnuna li jagħtu

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Pisces se jkun ifisser tisħiħ aktar profond f’dak li għandek madwarek u dan barra li se jitkompla jikber imma importanti li t-tkabbir li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li int qiegħed taspira. Dan huwa mument ta’ tkabbir f’dak li għandek madwarek u dan barra li se jitkompla jikber importanti li dak li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li int qiegħed taspira. Dan huwa mument ta’ tkabbir u għalhekk agħraf kun kawt sabiex  tkompli tikber. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 28 u 30

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għad-dedikazzjoni u l-ħiliet tagħhom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Aries ser iġib enerġija pożittiva favur tiegħek minn kull angolu. Barra dan se jkun żmien feliċi riesaq lejk. Dan ifisser li għandek perjodu ferm interessanti li dak li int vera tagħraf ikun dan il-mument ta’ prospettiva pożittiva għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: iswed u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Aries huma magħrufin għal-linja deċiżiva li jafu jieħdu

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Taurus ser ifisser żmien ta’ tibdil mill-iskeda li int għandek. Dan ser ikun sabiex int tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha, mhux biss kif tippjana jew tqassam il-karriera tiegħek imma wkoll dik tal-imħabba u ħin ta’ rilassament huwa tajjeb u ta’ formazzjoni u riflessjoni. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u aħdar.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 29 u 1   

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-ippjanar fit-tul tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Gemini ser ifisser li se tibda tara iżjed id-dawl ta’ dak li int tant trid tagħraf. Bil-mod dan it-tibdil ser ikun ukoll sinjal li int tant ilek tistenna għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut, agħraf li dan il-mument issarrfu tajjeb sabiex tagħlaq is-sena b’suċċess. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29  u 1

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni u gwida li jafu joffru

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Cancer ser ikun ifisser bidu ta’ pjan li tant ilek tistenna biex twettaq. Fl-aħħar mill-aħħar dan ser isir realtà u tara dak li dejjem ħsibt li ser ikun iebes imma fl-aħħar wasal iż-żmien li tibda taħsad minn dak li żrajt u hekk tkompli tavvanza. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: griż u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  25, 26, 27 u 29

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għat-tbissima pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Leo ser ifisser bidu ta’ attività kompletament fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Din l-attività trid aktar tħejjija u ħsieb dwar dak li trid twettaq. Saħħaħ il-ħsieb għax aktar ma ssaħħaħ l-attività aktar ser jikbru l-prospetti madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Leo huma magħrufin għad-direzzjoni li jimxu fiha

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Virgo ser ifisser mument ta’ sfida bejn dak li int tagħraf li huwa importanti għal dak li ser ikun imressaq lejk minn pariri li jagħtuk dawk li huma viċin tiegħek. It-tnejn huma sinifikanti għal dak li hemm bżonn twettaq. L-aspettattiva personali tiegħek tibqa’ l-arma għal dak li riesaq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn:  blu u iswed

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li ma jmorrux lura minn deċiżjonijiet li jieħdu

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Libra ser ikun perjodu ta’ konċentrazzjoni aktar qawwija lejn il-karriera tiegħek li minn żmien għal żmien dejjem tespandi imma aktar minn hekk issib il-ħin għalik sabiex twettaq personalment dak li verament tieħu gost tagħmel. Għalhekk agħraf dan il-mument ferm imħejji għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: isfar u oranġo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Libra huma magħrufin bħala nies li jżommu bilanċ

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Scoripo ser jagħmlek aktar anzjuż mis-soltu sabiex dak li int tkun trid li jkun imwettaq aktar malajr mis-soltu. Trid toqgħod attent għax kultant l-għaġla tikkawża problemi akbar ftakar; qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u griż

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Scorpio huma magħrufin għall-karattru iebes tagħhom.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għall-istess Sagittarius ser joffrilek deċiżjoni ta’ responsabbilità ġdida fil-karriera tiegħek. Din ir-responsabbilità taf tkun waħda iebsa għall-ewwel imma kun kawt u agħraf iżjed dak li riesaq. Aktar ma tagħraf bl-għaqal, akbar il-probabilità li timxi. Emmen fik innifsek aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: vjola u iswed

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 30 u 1

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-enerġija pożittiva tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius għal Capricorn ser tkun fażi ta’ pressjoni aktar mis-soltu sabiex int twettaq dak li ilu pendenti madwarek u dan bla ma tpoġġi lilek taħt ebda pressjoni żejda imma int għandek tagħraf li fl-aħħar  mill-aħħar trid tieħu deċiżjonijiet ma’ dan l-aspett. Agħraf ħejji aktar lilek innifsek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 8 29

L-istilla li f’dan il-mument hi ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Capricorn huma magħrufin għall-karattru iebes imma wkoll kemm huma effiċjenti

More in Divertiment