Alexandra Alden titlob apoloġija għal mod kif indirizzat lill-pubbliku Malti

Ilbieraħ Alden ħalliet l-emozzjoni tiġri biha meta nqalgħu l-aħħar żewġ gruppi li kien fadal waqt X Factor Malta

Xi ftit jew wisq, ilbieraħ, l-emozzjoni u d-dispjaċir ħakmu lil Alexandra Alden, waħda mill-ġurija tal-X Factor Malta.

Fil-mument li kienu eliminati ż-żewġ gruppi li kienet qed tieħu ħsieb hi, Alden ma tantx kellha kliem sabiħ għall-pubbliku Malti.

Meta nqala’ l-ewwel grupp, Alden ħarset dritt fil-kamera u waqt li indirizzat lill-pubbliku, stqarret: “Shame on you.”

Iżda meta nqala’ t-tieni grupp tagħha, Alden iddeskrivit il-vot tal-Maltin bħala “sagrileġġ.”

Minnufih kienet ir-relazzjoni ta' ħafna. Filwaqt li kien hemm min qabel magħha, għax skonthom il-gruppi ma kellhomx jinqalgħu, oħrajn ikkritikawha għar-reazzjoni tagħha.

Aktar tard, fuq Facebook, Alden ammettiet li ħalliet l-emozzjoni tiġri biha u talbet skuża għall-kummenti li għaddiet.

Waqt li insistiet li l-kantanti huma persuni speċjali ħafna għaliha, Alden insistiet li bl-ebda mod ma kellha tgħaddi dawk il-kummenti.

 

More in Divertiment