X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 20 ta’ Jannar sas-Sibt 26 ta’ Jannar
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Aquarius ser jagħmlek tħossok tikkumbatti però m’intix tasal fejn vera tixtieq. Imma taqtax qalbek, xi kultant ma tarax il-frott li tixtieq mill-ewwel imma jekk int tagħraf iżżomm ma’ dak li int tixtieq twettaq ibqa’ żgur li finalment se tasal. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 24 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Pisces ser jgħinek trattab ftit dik ir-ras iebsa dwar xi sitwazzjonijiet li minħabba f’hekk jisgħtu jinħolqu xi problemi madwarek. Vera li forsi għandek xi raġun partikolari għal dan imma wasal iż-żmien li dan jinbidel sabiex tagħraf tħossok aħjar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnjen
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Aries huwa mument li se jiftaħlek ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin. Għalhekk għandek tagħraf tieħu dak li ġej b’ċerta għaqal imma dejjem żomm saqajk mal-art sabiex dak kollu li riesaq ikun verament dak li tixtieq int. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 22, 24 u 25
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Taurus ser iġib xi ostakli u għalhekk agħraf sabiex tibqa tissielet u tikkumbatti għax dan huwa meħtieġ sabiex il-pjan ta’ dik il-bidla li int tant għandek bżonn jitwettaq fi żmien iżda żżomm il-ħeġġa u d-determinazzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: oranġjo u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 24 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Pisces
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Gemini ser jibda perjodu ta’ eċitament minħabba dak li tant ħdimt għalih u issa jinħass aktar viċin se tistenna bil-ħerqa r-riżultat li sejjer joħroġ żgur se jiftaħlek ħafna toroq ġodda u b’hekk tibda bil-pjanijiet tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: kannella u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 25
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Cancer ser ikun mument li jpoġġik f’sitwazzjoni ta’ inċertezza u ma tafx x’taqbad tagħmel b’idek. Il-biża’ li tħoss ġewwa fik trid iddawwarha f’kuraġġ sabiex ma tippermettix lil dan il-perjodu jkunu skomdu u jegħlbek imma tagħraf tikkumbattih. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 22, 25 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Aquarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Leo jfisser żmien aktar feliċi riesaq lejk. Agħraf imma tkun kawt għal dak li riesaq lejk hu importanti li tieqaf ftit u tirrifletti kemm dak li hemm u għal dak li ġej. Sabiex xi nuqqasijiet li stajt wettaqt ma jiġux repetuti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: lewn id-deheb u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 24 u 25
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin bħala persuni umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Virgo huwa żmien ta’ opportunità li jekk int tagħraf tilqgħaha tajjeb u bl-għaqal tiftaħlek orizzonti u ideat ġodda ta’ tkabbir madwarek li int qatt ma kont timmaġina imma dan kollu jseħħ madwarek jekk int tagħraf tħaddan lilek għal dak li ġej. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Scorpio
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Libra ser iwasslek sabiex turi kemm int persuna responsasbbli f’dak kollu li int għandek madwarek u hekk int tibda tħossok aktar int. Għalissa jekk hemm xi ħsieb ta’ xi tibdil fil-madwar m’għandekx tgħaġġel għal dan imma aħseb fil-mument. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 21, 24 u 25
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Taurus
Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Scorpio se jibda jġiegħlek tħossok aktar sodisfatt kemm fil-karriera tiegħek u anke fil-pjanijiet li għandek
għax-xhur li ġejjin. Dan huwa perjodu feliċi u għalhekk int kompli kattar dak li tħoss. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 25
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Leo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Sagittarius ser jagħmlek tagħraf aktar lilek innifsek. Iffoka għal dak biss li int trid u vera taf li huwa idealment tajjeb għalik. Tafdax niex li fil-passat tradewk, għalhekk issa żomm aktar sof f’dak li int se twettaq fiż-żmien qarib. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: abjad u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 23, 24 u 26
L-istilla li se tħossok rilassat magħha ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku tal-ewwel qamar kwinta għal Capricorn ser jagħmlek tagħraf il-bżonnijiet li hemm bżonn jibdew jitwettqu sabiex minn issa tagħraf dak l-iżvilupp tant meħtieġ madwarek. Għalhekk issa tista’ tiftaħ aktar moħħok u tagħraf dan it-twettiq jibda. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: vjola u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 20, 22, 24 u2 6
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Sagittarius
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom