Skont l-odds Michela hija l-favorita li tirbaħ l-X Factor Malta
L-X Factor Malta jagħmilha wkoll fuq sit lokali tal-betting fejn Michela Pace hija l-favorita li tirbaħ

L-X Factor għamilha wkoll fuq is-sit tal-betting Yobetit.com fejn Michela Pace, skont l-odds, hija l-favorita li tirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-X Factor Malta.
Issegwi Michela, iżda sew warajha, hemm ukoll Nicole Frendo u warajha Petra u Owen Leuellen rispettivament.
L-odd ta' Michela qiegħed 1.4. Bażikament dan ifisser li għal kull ewro li tilgħab, jekk Michela tirbaħ, tieħu €1.40 aktar.
Ovvjament, minħabba li Michela hija l-favorita li tirbaħ, l-odd tagħha huwa baxx ħdejn dak tal-parteċipanti l-oħra. Jekk tilgħab fuq parteċipant ieħor, li mhux favorit, tkun qed tirriskja li titlef, iżda jekk il-folja tinqaleb u dan il-parteċipant/a tirbaħ jew jirbaħ, int tkun irbaħt aktar flus
