X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 21 t’April sas-Sibt 27 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal ser jagħmlek tagħraf ir-responsabbilità ta’ dak li int trid biex timxi ’l quddiem. Dan il-pass trid tibqa’ żżommu sakemm int tagħraf li wasalt fil-massimu li xtaqt. Huwa żmien li tirrifletti u taħseb aktar fil-profond. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 25 u 26
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Pisces ser jagħmlek tagħraf li persuna li int tafda ħafna minn madwarek, ħa tinduna li minħabba ċertu tibdil fil-karriera tiegħek ser ikun hemm xi ftit għira. Dan ħa jikkomplika l-ħajja ta’ madwarek għax se tidħol f’sitwazzjoni ta’ ħafna ħsibijiet. Poġġi lil din il-persuna taħt eżami. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 25
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Sagittarius
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Aries ser tibda tagħraf x’taqsam u ma taqsamx ma’ ta’ madwarek speċjalment minn dak li esperjenzajt ftit tal-ġimgħat ilu. Dik l-esperjenza għandha sservik ta’ gwida ta’ fejn int għandek tasal f’dak li trid. Dawn huma esperjenzi li jimmaturawna. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 26
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Taurus ser jgħinek tagħraf aktar il-qada finanzjarja ta’ madwarek minħabba li qed tara xi sinjali negattivi. Però dan mhux allarmanti għax dan huwa taqlib ġej miċ-ċaqliq żodijaku fejn kull ċaqliq li jinħoloq ikun pożittiv jew negattiv. Agħraf kun kawt. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24u 25
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Capricon
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Gemini ser ifisser aktar pressjoni lejk minħabba l-qasam ġdid li int dħalt fih ftit tal-ġimgħat ilu. Għalkemm riesqa din il-pressjoni, li f’dan il-qasam hi xi ħaġa ġdida għalik, issa għandek ftit aktar kunfidenza li żgur għandek tistenna riżultat ssodisfa ċenti għal din l-ambizzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Cancer ser ikun żmien ta’ prova u ta’ valutazzjoni. Jaf ikun riesaq dak il-mument bħal dik il-bużżieqa li tonfoħ u tonfoħ fl-aħħar tinfaqa’. Issa ilek żmien twil terfa’ ġo fik u jaf ikun l-inqas pass negattiv li jikkawża dan. Agħraf li int tkun imħejji għal dak li jseħħ wara dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Taurus
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Leo ser ikun dak il-mument li int tagħraf tirrifletti ftit aktar minn dak kollu li int esperjenzajt ħalli tagħraf fejn stajt kont aħjar. Issa, aktar u aktar, hemm bżonn tirrifletti aktar fuq dak li hemm madwarek minħabba dik il-fażi li kellek tgħaddi minnha dan abbandunajtu. Però taqta’ qalbek qatt. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 24 u 26
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Scorpio
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Virgo, ser ikun mument fejn tkun kapaċi tiggwida lil dawk madwarek. Issa dan it-talent li għandek trid tagħraf twasslu b’aktar attenzjoni meta issa se tidħol f’taqbida ta’ gwida ta’ mħabba u din tag tintgħoġob minn parti waħda biss. Żomm il-bilanċ fil-gwida. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 23 u 25
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Aquarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Libra ser jurik li r-responsabbilità mhux biss għandha tkun bil-kliem iżda għandek turiha bil-fatti. Dan ġej għax ħajtek ser tieħu xejra oħra u trid u ma tridx, ir-responsabbilità f’dak kollu li hemm madwarek, ser iġġib magħha direzzjoni ġdida u aktar matura. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 24 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Pisces
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Scorpio ser iwasslek għal aktar sitwazzjonijiet u mumenti pożittivi u dawn ser jinħassu aktar fil-ħmistax li ġejjin u dan għalkemm jaf joħloq xi ftit ta’ tensjoni minħabba li bħal qisek ma kontx ippreparata, bil-karattru tiegħek se tagħraf iżżomm kontroll assolut. Agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 26 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Virgo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Sagittarius, se tagħraf li l-imħabba tal-passat ma kinitx fundamentali però issa trid tagħraf eżatt xi trid. Tiftaħx ġerħa mill-passat li mbagħad ma tkunx tiflaħ għaliha. Mur biss lura lejn il-passat jekk tiflaħ għalih. Il-bqija ħares ’il quddiem lejn toroq ġodda li hemm ippreparati għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
L-ewwel qamar kwinta f’dan iż-żodijaku għal Capricorn ser ikun mument li fl-aħħar tibda twettaq dak il-pjan li għandek imħejji u li ilek tippjana għalih. Dan il-pjan se joffrilek aktar sodisfazzjon u int se tħoss li kollox ikun hemm raġuni warajh. Kollox fil-mument magħżul. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 26 u 27
L-istilla li se tħossok komdu magħha ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom