Mawra misterjuża madwar il-Birgu Lejl il-Halloween
Il-mawra ddum sagħtejn b’kollox, tibda fit-8 pm u tispiċċa fl-10 pm. Il-meeting point huwa l-Bieb Ewlieni tal-Birgu ħdejn il-Cafe Riche. Il-biljetti jiswew ta’ €15 għall-adulti u €7.50 għat-tfal li għandhom taħt 12-il sena, jistgħu jinxtraw mis-sit uffiċjali ta’ Colour my Travel.
Il-Birgu, magħrufa wkoll bħala Cittá Vittoriosa, hija belt famuża għall-irwol vitali li kellha matul l-Assedju l-Kbir ta’ Malta (1565). Minħabba l-attivita’ estensiva tagħha fl-operazzjonijiet militari kif ukoll tal-baħar, hemm xnigħat li ż-żona hija mimlija fatati. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, il-Halloween, esplora s-siti misterjużi fuq mawra organizzata minn Malta Ghost Tours flimkien ma’ Colour my Travel.
Il-Birgu rat ħafna vjolenza u brutalità matul is-snin. Waqt L-Assedju l-Kbir, il-Kavallieri ta’ San Ġwann saħansitra użaw l-irjus dekapitati tal-priġunieri bħala blalen tal-kanuni kontra l-Ottomani. Hemm min jgħid li l-fantażmi ta’ dawk il-priġunieri għadhom iduru l-belt biex ifittxu rashom. L-Inkwiżizzjoni Mqaddsa Rumana, li l-metodi ta’ tortura tagħha għadhom magħrufa sal-lum il-ġurnata, kellha l-kwartieri ġenerali tagħha f’din il-belt ukoll.
F'dawk iż-żminijiet, l-eżekuzzjonijiet pubbliċi ta’ nies li ammettew li wettqu reati jew li kienu jippratikaw il-maġija sewda kienu prattika komuni. Saħansitra hemm xnigħat li l-Palazz tal-Inkwiżitur oriġinarjament kien fih bir mimli skieken bħala kastig. Sa dan il-ġurnata, hemm xi nies li għadhom jaqsmu t-triq biex jevitaw li jimxu ħdejn il-palazz. Barra minn hekk, bejn l-1940 u l-1943, it-Tieni Gwerra Dinjija ħalliet il-belt kompletament meqruda u ħafna vittmi sofrew.
Dawn l-atroċitajiet terribbli, flimkien ma’ ħafna oħrajn li esperjenzat il-Birgu tul is-snin, ħallew twemmin fost in-nies li l-fantażmi ta’ dawk iż-żminijiet għadhom ġewwa l-belt qadima. Issa, lest li ssir taf għalik innifsek? Imbarka fuq dan il-vjaġġ eċċitanti u skopri aktar dwar l-istorja ntensa tal-Birgu.