It-tielet edizzjoni ta’ PLAYCON dalwaqt magħna
It-tielet edizzjoni ta’ PLAYCON magħna wkoll! Din is-sena, dawn l-erbat ijiem ta’ avvenimenti eċitanti tal-gaming se jsiru mit-30 ta’ Novembru sat-3 ta’ Diċembru.
Bħala l-akbar Video Games Expo ta’ Malta, PLAYCON jipprovdi, kemm pjattaforma għall-partijiet interessati tal-industrija biex jinġabru u juru l-aqwa proġetti tagħhom, kif ukoll jimpenjaw ruħhom mal-pubbliku biex jgħinu jinfluwenzaw il-futur tal-logħob tal-kompjuter u l-esports. Miżmum fl-MFCC f’Ta’ Qali, l-avveniment huwa komplut b’Esebit, Summits, Esports Tournaments, Kompetizzjoni tal-Cosplay, u ħafna aktar. Barra minn hekk, joffri opportunità unika għan-nies, irrispettivament mill-għarfien tagħhom, biex jidħlu fl-industrija tal-gaming.
Matul l-Esebit, kumpaniji tal-logħob tal-kompjuter lokali u internazzjonali se jinġabru biex juru u jippromovu l-prodotti tagħhom. Kemm l-Iżviluppaturi indipendenti, kif ukoll pubblikaturi triple A (kumpaniji kbar) huma milqugħa. Ħa jkun hemm ukoll stands immexxija minn ditti tal-ikel u tax-xorb, istituzzjonijiet edukattivi, u aktar. L-esebituri jvarjaw mill-oqsma tal-Edukazzjoni, Teknoloġija Emerġenti, l-Esports, il-Game Studios, u oħrajn.
Din is-sena, is-Summit tal-Game Development u l-Esports se jsir fit-30 ta’ Novembru u fl-1 ta’ Diċembru, l-ewwel jumejn tal-avveniment. L-organizzaturi ta’ PLAYCON għaqqdu line up stellari ta’ kelliema li se jkunu qed joffru għarfien tal-industrija dwar il-qasam tat-teknoloġija interattiva, li qed jiżviluppa kontinwament. Id-delegati jistgħu jantiċipaw konverżazzjonijiet interessanti li jkopru diversi suġġetti matul is-Summit, u anki diskorsi bl-iskop li jrawmu l-koperazzjoni u s-sinerġija bejn is-setturi tal-Game Development, l-esports, u tat-teknoloġiji emerġenti.
Il-Cosplay huwa aspett kbir ta’ konvenzjonijiet bħal dawn, id-devoti jittrasformaw lilhom infushom f’karattri favoriti tagħhom fost grupp ta’ nies li jkunu jafu eżattament ta’ xiex libsu. Għalhekk, din is-sena PLAYCON ħa jorganizzaw l-ewwel Cosplay Competition tagħhom fit-2 ta’ Diċembru fis-2 pm, bi trofej u premjijiet li jistgħu jintrebħu f’diversi kategoriji! Dawk li huma interessati jistgħu jsibu aktar informazzjoni u japplikaw minn fuq is-sit https://playcon.gg/2023-event/cosplay/.
Naturalment, l-ebda konvenzjoni tal-gaming ma tista’ tkun kompluta mingħajr Tournaments tal-Esports, kompetizzjonijiet organizzati tal-logħob tal-kompjuter multiplayer bejn plejers ta' ħiliet differenti, li jintlagħbu individwalment jew bħala timijiet. Din is-sena, se jsiru kompetizzjonijiet għal dawn il-logħob: Counter-Strike 2, Rocket League, League of Legends, Mario Kart 8 Deluxe, Super Smash Bros., Pokémon VGC, Tekken 7, u EA Sports FC 24.
Barra minn hekk, dawk li jixtru il-B2B Pass jistgħu jiksbu dħul fl-avvenimenti tan-networking u n-negozju, fost oħrajn. Il-pass ukoll tiġi b’aċċess esklussiv għall-GTR Startup Pitch Competition, flimkien mas-Summit u l-Meet to Match platform. Biex tirreġistra u ssib aktar informazzjoni żur dan is-sit: https://playcon.gg/2023-event/pitch/.
PLAYCON hija organizzata minn GMR Concepts Ltd., l-ewwel kumpanija ta’ esports f’Malta mill-2012, bl-appoġġ ta’ Gaming Malta u l-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet, Silvio Schembri. Il-konvenzjoni tibda fit-8:30 am u tispiċċa fis-7 pm matul l-erbat ijiem kollha, u d-dħul huwa bla ħlas. Informazzjoni addizzjonali tista’ tinstab fuq https://playcon.gg/.