Sarah Bonnici tirbaħ il-Malta Eurovision bil-kanzunetta ‘Loop’
F’Mejju li ġej, Sarah Bonnici se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Malmo l-Iżvezja, bid-diska ‘Loop.’
F’atmosfera totalment differenti mis-soltu, Sarah Bonnici, ġiet kkurunata bħala r-rebbieħa tal-53 edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest.
F’Mejju li ġej, hija se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Malmo l-Iżvezja, bid-diska ‘Loop.’
Hija rebħet wara li kisbet total ta’ 102 punt, b’79 punt jinatgħu lilha mill-ġurija.
Fit-tieni post, Matt Blacxk, jirbaħ bil-kanzunetta ‘Banana.’ Huwa kiseb 80 punt, b’57 punt minnhom mill-ġurija.
Warajh, Ryan Hili jiġi fit-tielet post bil-prestazzjoni ‘Karma,’ b’ 71. Minnhom, 54 punt kienu mill-ġurija.
Kienu b’kollox 36 kanzunetta li mill-fażi preliminari għaddew għas-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest 2024.
L-għażla preliminari saret permezz ta’ ġurija li semgħet il-kanzunetti kollha sottomessi.
Il-kantanti semifinalisti imbagħad ikompetu waqt il-programm televiżiv XOW fuq Television Malta.
Minnhom għaddew it-12 il-kanzunetta li smajna u ħabbejna fl-aħħar ftit ġimgħat.