Aladdin: Musical mimli maġija u avventura ġewwa r-Rabat

Lesti ruħek għal vjaġġ maġiku mal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl bil-produzzjoni ta’ Aladdin 

Lesti ruħek għal vjaġġ maġiku mal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl hekk kif se jippreżenta l-produzzjoni ta’ Aladdin. Dan l-ispettaklu jwiegħed li se jieħdok fuq vjaġġ meraviljuż mimli b’eċitament u meravilja li tgħaxxaq lill-udjenzi fid-9 ta’ Marzu fl-Awditorju ta’ Sant’Agata fir-Rabat, Malta. 

B’kast enerġetiku ta’ subien b’talent u akkumpanjati minn band brillanti live brillanti, Aladdin jagħti l-ħajja lill-rakkont etern ta’ mħabba, avventura, u s-setgħa tal-ħbiberija. Ingħaqad magħna hekk kif insegwu liż-żagħżugħ kariżmatiku Aladdin fit-tfittxija tiegħu biex jirbaħ qalb il-Prinċipessa Jasmine, it-tifla kuraġġuża tas-Sultan ta’ Agrabah. 

Maqbud f’għar maġiku, Aladdin jiskopri lampa mistika li fiha Genie li joffri u jwettaq ix-xewqat, u b’hekk iqajjem sensiela ta’ esperjenzi divertenti u eċitanti. Flimkien, Aladdin u l-Genie jridu jissuperaw lis-saħħar kattiv Jafar biex jipproteġu s-saltna ta’ Jasmine u jiżguraw li jkollhom ħajja kuntenta. 

Titlifx iċ-ċans li tesperjenza dinja kompletament ġdida ta’ spettaklu u divertiment! Biljetti jinkisbu mal-bieb b’donazzjoni ta’ €7 għall-kbar u €5 għat-tfal sa 12-il sena; jew online fuq https://www.showshappening.com.  

Għalhekk, iġbor il-familja u lil lsħabek u idħlu għal lejla ta’ daħk, avventura, u maġija fil-produzzjoni ta’ Aladdin tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl.

More in Divertiment