[RITRATTI] Bosta jżuru Festa Frawli fl-Imġarr
Pastizzi, pizza, luminata u ġamm... Dan u aktar fl-attività annwali ta' Festa Frawli. Inti mort?

Ritratti: James Bianchi
Numru sabiħ ta’ turisti u Maltin ħadu vantaġġ mit-temp sabiħ tal-Ħadd filgħodu u żaru Festa Frawli fil-pjazza tal-Imġarr.

Ritratti: James Bianchi
B’xi xarba friska, ħelu tradizzjonali jew ikel mhux tas-soltu l-attività fl-istess pjazza ma waqfitx.

Ritratti: James Bianchi
Għal sena oħra, bdiewa, koki, artisti, u mużiċisti ngħaqdu biex din Festa Frawli tkun ta’ suċċess.

Ritratti: James Bianchi
Fost l-affarijiet li żewqu din il-ġurnata kien hemm luminata tal-frawli, pastizzi u pizza tal-frawli, u anke ġamm.

Ritratti: James Bianchi
Festa frawli hija organizzata mill-Knisja, grazzi għal Kummissjoni Mġarrija, b’kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-istess villaġġ.
More in Divertiment