Il-ġgant tal-mużika Maltija Ray Mahoney imfakkar f’lejl ta’ mużika fl-MCC
Ingħaqad mal-Valletta Cultural Agency illejla biex jiġi ċċelebrat l-impatt dejjiemi tal-ħajja u l-karriera tal-mibki Ray Mahoney
Ray Mahoney, ġgant fil-mużika u l-poeżija Maltija, naqqax ismu fil-qasam kulturali bl-abbiltà artistika tiegħu.
Magħruf għall-kontribut tiegħu għal-letteratura, il-mużika, u l-kultura, il-legat ta’ Mahoney jinkludi “Ġensna” (1982), Rock Opera patrijottika li fiha ħallat b’ħila kbira r-realiżmu, l-emozzjoni u t-trijonf. Il-vjaġġ kreattiv tiegħu kompla b’għaxar musicals oħra, fosthom “Bastilja”, “Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika,” “Il-Gwerra ta’ Spiru Cefai,” u “Ali Baba”.
“L-Għanja li Ħadd Ma Jsikket: Ray Mahoney” jagħti ġieħ lil din il-figura emblematika Maltija permezz ta’ repertorju ta’ kanzunetti u intervisti, li jinkludu kantanti mistiedna, kompożituri, u kollaboraturi li ħadmu ma’ Mahoney tul is-snin.
Ingħaqad mal-Valletta Cultural Agency biex jiġi ċċelebrat l-impatt dejjiemi tal-ħajja u l-karriera tal-mibki Ray Mahoney.
Żur is-sit taċ-Ċentru Mediterran għall-Konferenzi biex taqta’ l-biljett għal dan il-kunċert li se jsir fis-sala tal-MCC nhar it-28 t’April fis-6pm.