FabricATE: Gabriel Buttigieg iżewwaq Spazju Kreattiv b’esebizzjoni oħra
Buttigieg jiffabbrika stejjer ġodda mill-qodma, jipproduċi metamorfosi li kemm tikxef kif ukoll tesprimi, tikxef u tgħawweġ
Mill-mundanità ta’ kuljum, sal-kobor ta’ dak storiku, meraviljuż u bibliku, b’fabricATE, Gabriel Buttigieg jerġa’ jfassal il-miti Greko-Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom.
Minsuġa fuq drapp fin, dawn in-narrattivi huma fl-istess ħin skuri u eċċitanti.
Kull wieħed jippreżenta ruħu f’metafora għall-mistoqsijiet morali, erotiċi u spiritwali li ħakmu lill-bnedmin sa mill-bidu taż-żmien. Meħuda fis-sajlo, kull narrattiva hija sħiħa; meħuda f’sensiela, in-narrattivi jinbidlu f’kapitli jew volumi li fihom bilanċ ċar li jidher li jiċċelebra d-dikotomija mdaħħla fi ħdan it-tinji taż-żebgħa u d-drapp.
Buttigieg jiffabbrika stejjer ġodda mill-qodma, jipproduċi metamorfosi li kemm tikxef kif ukoll tesprimi, tikxef u tgħawweġ. Xeni epiċi, battalji, stejjer ta’ mħabba. Buttigieg huwa ‘manipulatur’ kapaċi, li jirreċita kull narrattiva, bil-ħila ta’ narratur imħawwar, li r-rakkonti tiegħu jisfidaw l-istennija u l-konvenzjoni.
Żur l-esebizzjoni mill-Ġimgħa 26 t’April sat-23 ta’ Ġunju, ġewwa Spazju Kreattiv.