Philosophy Summer Festival: Il-filosfija lil hinn minn Aristotli u Sokrate

Il-Philosophy Summer Festival huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, grazzi għall-organizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta flimkien mal-Campus Hub

Ruħna, tlifnieha? L-Intelliġenza Artifiċjali tista’ tkun is-Sammaritan it-Tajjeb? Persuna tajba, dejjem hi ċittadin tajjeb?  Dawn il-mistoqsijiet huma biss uħud mill-ftit li se jiġu mwieġba fil-Festival tal-Filosofija. 

Il-Philosophy Summer Festival huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, grazzi għall-organizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta flimkien mal-Campus Hub.  

Il-Festival qed isir bl-għan li titqajjem kuxjenza pubblika dwar ix-xogħol li jagħmlu l-filosfi hekk kif jimpenjaw ruħhom mal-mistoqsijiet li jisfidaw il-ħsieb differenti. 

Il-Festival se jsir fil-Campus Hub fit-3 ta’ Lulju mill-5pm sal-11pm.  

Apparti numru ta’ taħditiet qosra iżda provokattivi, se jkun hemm mużika live, stand tal-kotba second hand imtella’ mis-Soċjetà tal-Filosofija tal-Istudenti, ċans għal networking, kif ukoll diversi NGOs b’orjentament soċjali u stands Artiġjani. 

Għal aktar informazzjoni idħol fil-paġna ta’ Facebook ta’ Philosophy at UM. 

More in Divertiment