L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tippreżenta, Beethoven – Shostakovich
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus, tippreżenta żewġ xogħlijiet magħrufin: Is-Sinfonija Nru. 5 ta’ Beethoven u l-Kunċert Nru.1 fuq iċ-Cello ta’ Shostakovich, bl-inklużjoni taċ-ċellist Konstantin Manaev
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus, tippreżenta żewġ xogħlijiet magħrufin: Is-Sinfonija Nru. 5 ta’ Beethoven u l-Kunċert Nru.1 fuq iċ-Cello ta’ Shostakovich, bl-inklużjoni taċ-ċellist Konstantin Manaev.
Il-Ħames Sinfonija ta’ Beethoven hija s-sinfonija li rrivoluzzjonat lill-mużika għal dejjem. Beethoven isegwi b’mod ossessjonat l-erba’ noti tal-ftuħ matul l-ewwel moviment kollu, kif ukoll f’ħafna mit-tlieta l-oħra. L-essenza tal-ġenju ta’ Beethoven kienet li kien jista’ jaqbad l-elementi l-aktar sempliċi tal-istil klassiku u li jfassal xogħlijiet radikalment ġodda u monumentali.
Fil-Concerto taċ-Cello Nru.1 ta’ Dmitri Shostakovich insibu wkoll il-motif tal-erba’ noti fejn jiftaħ l-ewwel moviment (Allegretto). L-erba’ noti jiġu mill-motif ta’ DSCH, serje ta’ pitches li jikkorrispondu mal-inizjali tal-kompożitur bl-użu tal-alfabett Ġermaniż li nistgħu narawhom fil-katalgu sħiħ ta’ xogħlijiet tiegħu. Simili għall-erba’ noti ta’ Beethoven, dan il-motif b’saħħtu huwa ripetut b’persistenza ossessjonata.
Dan il-kunċert jinkludi wkoll ix-xogħol orkestrali Cataclysmus tal-kompożitur Malti Kristian Schembri. Din il-produzzjoni hija parti mill-Malta International Arts Festival, organizzat minn Festivals Malta.