‘It-Twelid tal-Feddej’ – Wirja ta’ Presepji 2024

Fis-sena li matulha qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem se tkun qed terġa’ torganizza l-Wirja Annwali tal-Presepji

Fis-sena li matulha qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem se tkun qed terġa’ torganizza l-Wirja Annwali tal-Presepji.  

Din se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara. Fil-wirja ta’ din is-sena, li hija l-21 edizzjoni minn meta ttellgħet għall-ewwel darba lura fl-2003, se jkun hemm esebiti ’l fuq minn 100 presepju ta’ kull daqs u għamla, kif ukoll Bambini, dekorazzjonijiet u oġġetti oħra relatati mal-Milied.  

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-oġġetti għall-wiri huma magħmulin bl-idejn mill-esebituri nfushom. Il-Wirja se titbierek mir-Rev. Dun Charlon Muscat, Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, fil-5:30pm.  

Tibqa’ mbagħad tiftaħ kuljum sal-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru, mid-9:00 am sa 12:00 pm u mill-4:00 pm sat-8:00 pm. Il-post huwa aċċessibbli għal kulħadd u d-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas. Aktar dettalji dwar din il-Wirja, kif ukoll dwar l-Għaqda Wirjiet, jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna tal-Għaqda fuq Facebook. 

More in Divertiment