Festa Annimali posposta minħabba t-temp

Festa Annimali, li kienet ippjanata li tittella’ għada, is-Sibt, 7 ta’ Diċembru ġewwa Ta’ Qali, ġiet posposta minħabba l-kundizzjonijiet indikattivi tat-temp

Festa Annimali, li kienet ippjanata li tittella’ għada, is-Sibt, 7 ta’ Diċembru ġewwa Ta’ Qali, ġiet posposta minħabba l-kundizzjonijiet indikattivi tat-temp.

L-avveniment li kien qed jiġi organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali kellu joffri l-opportunità biex dawk li jattendu jitgħallmu dwar il-kura u l-adozzjoni tal-annimali, filwaqt li jgawdu ġurnata ta’ divertiment u attivitajiet. 

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said esprimiet id-dispjaċir tagħha għal din l-aħbar iżda assigurat lill-pubbliku li d-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-parteċipanti, il-voluntiera, l-esibituri, u l-annimali. Hija tenniet mill-ġdid l-impenn tal-Gvern lejn il-benesseri tal-annimali u saħqet li data ġdida għal din l-attività se tkun imħabbra fil-jiem li ġejjin.

More in Divertiment