L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta l-kummiedja ‘Polly u Polly’
L-istorja ta’ din il-kummiedja toħodna fid-dar tal-Professur Luciano Miranda, li permezz ta’ xi esperimenti, irnexxielu jiskopri trattament mediku ġdid li jkun għadu sigriet

L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta kummiedja fi tliet atti, ‘Polly u Polly’ nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2025 fis-7.00 ta’ filgħaxija u nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar 2025 fl-4.00 ta’ waranofsinhar.
L-istorja ta’ din il-kummiedja toħodna fid-dar tal-Professur Luciano Miranda, li permezz ta’ xi esperimenti, irnexxielu jiskopri trattament mediku ġdid li jkun għadu sigriet. Barra minn hekk, il-Professur ikun qed jistenna lill-mara ta’ ibnu Renzo biex tmur tqatta’ xi jiem għandu. Mal-wasla tal-mara tat-tifel, il-Professur ikollu żjara oħra mhix mistennija, li tkompli taqliblu ħajtu ta’ taħt fuq.
Din il-kummiedja li mhux ta’ min jitlifha, se tittella’ fis-Sala Dun Karm Lia, Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il-biljetti għal donazzjoni ta’ €5, jistgħu jew jinkisbu mill-bieb dakinhar tal-produzzjoni, jew permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Drammatika Rabat.