L-ewwel ġimgħa ta' Lulju ... ġimgħa ppakkjata bil-festi
Bħal kull sena, diversi lokalitajiet qed jiċċelebraw il-festa tagħhom matul din l-ewwel ġimgħa ta' Lulju
Illum jibda Lulju, xahar li fih jiġu ċċelebrati diversi festi madwar Malta u Għawdex.
Fil-fatt, nhar il-Ħadd li ġej, l-ewwel Ħadd ta’ Lulju, huwa wieħed mill-ħdud li fih jiġu ċċelebrati ammont kbir ta’ festi.
Matul din il-ġimgħa, dawn il-lokalitajiet se jkunu qed jiċċelebraw il-festi tagħhom:
- Il-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys
- L-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun
- Sant’Andrija f’Ħal Luqa
- San Pawl fir-Rabat
- Is-Sacro Cuor f’Tas-Sliema
- Il-Viżitazzjoni tal-Verġni Marija fl-Għarb.
Normalment, ma’ dawn tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi, iżda peress li din is-sena f’Ġunju daħlu ħamest iħdud, din il-festa ġiet iċċelebrata lbieraħ.
Apparti minn hekk, illejla tibda wkoll il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta, bil-ħruġ tal-vara min-niċċa tagħha.
More in Festi