Ħames lokalitajiet qed jiċċelebraw il-festa matul din il-ġimgħa
It-tieni Ħadd ta' Lulju joffru wkoll għadd ta' festi mifruxa madwar Malta u Għawdex
Nhar il-Ħadd li ġej, se jerġgħu jkunu ċċelebrati għadd sabiħ ta’ festi madwar Malta u Għawdex.
Dawn huma l-festi li se jiġu ċċelbrati nhar il-Ħadd li ġej:
- San Ġużepp f’Ħal Kirkop
- Il-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira
- Il-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura
- Marija Annunzjata f’Ħal Balzan
- Il-Madonna tas-Sokkors f’Kerċem.
Apparti minn hekk, matul din il-ġimgħa jibdew jilħqu l-qofol tagħhom il-festi tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi ċċelebrata fil-Belt Valletta, fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju.
More in Festi