Il-Karkariżi jfakkru traġedja li ħalliet pijunier fil-piroteknika bla ħajja

Nhar l-24 ta' Lulju 1981 splodiet kamra tan-nar u ħalliet pijunier u għalliem tal-piroteknika bla ħajja

L-isplużjoni li ħalliet lil Kostanz Mifsud bla ħajja | Ritratt tal-Kumitat tan-Nar ta' Santa Liena
L-isplużjoni li ħalliet lil Kostanz Mifsud bla ħajja | Ritratt tal-Kumitat tan-Nar ta' Santa Liena

Illum il-Karkariżi qed jiftakru jum ta' swied il-qalb għar-raħal tagħhom, hekk kif bħal-lum 38-il sena, preċiżament l-24 ta' Lulju 1981, ilu seħħ inċident fil-kamra tan-Nar Victory, li ħalliet lill-Karkariż Kostanz Mifsud mingħajr ħajja. 

Il-Kumitat tan-nar Santa Liena 18 ta' Awwissu f'messaġġ fuq Facebook fakkar kif Mifsud kien pijunier u għalliem tal-piroteknika b'diversi tipi ta' nar li introduċa hu, fosthom il-bomba tad-daħna kulur li fakkru illi inħarqet f'pajjiżna fil-festa ta' Santa Liena fl-1958. 

Kostanz Mifsud qed jaħdem in-nar | Ritratt tal-Kamra tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu
Kostanz Mifsud qed jaħdem in-nar | Ritratt tal-Kamra tan-Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu
Sant Liena, il-patruna ta' f’Birkirkara
Sant Liena, il-patruna ta' f’Birkirkara

 

More in Festi