Ħadd mifqugħ bil-festi
Nhar il-Ħadd li ġej se jiġu ċċelebrati tmien festi

Għal min ħaseb li l-istaġun tal-festi se jibda jbatti, għandu żball. Żgur mhux qabel nhar il-Ħadd.
Fil-fatt, nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, se jiġu ċċelebrati xejn inqas minn tmien festi.
Il-lokalitajiet li se jkunu qed jiċċelebraw il-festa huma:
- Iż-Żebbuġ: Santa Marija
- Il-Birgu: San Duminku
- Ħal Għargħur: San Bartilmew
- Il-Marsa: Marija Reġina
- San Ġiljan: San Ġiljan
- Ħal Safi: San Pawl
- Manikata: San Ġużepp
- Ħal Kirkop: San Leonardu
It-tim tal-gazzetta ILLUM jawgura l-festa t-tajba lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet.
More in Festi