Il-ġimgħa tal-Bambina; festa oħra maħbuba mal-Maltin
Nhar il-Ħadd, se jkun l-aħħar Ħadd f'dan l-istaġun tal-festi li fih se tkun iċċelebrata aktar minn festa waħda
Il-ġimgħa tal-Bambina jew aħjar kif inhi magħrufa magħna mal-Maltin, il-ġimgħa tal-Vitorja.
Nhar il-Ħadd li ġej il-Knisja tiċċelebra l-festa ta' Marija Bambina, jiġifieri t-Twelid tal-Madonna.
Fl-Isla, in-Naxxar, il-Mellieħa u x-Xagħra Għawdex il-Bambina tkun iċċelebrata b'aktar solennità.
Ta' min wieħed isemmi wkoll li nhar il-Ħadd, se jkun l-aħħar Ħadd f'dan l-istaġun tal-festi li fih se tkun iċċelebrata aktar minn festa waħda.
It-tim tal-gazzetta ILLUM jawgura l-festa t-tajba lir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet.
More in Festi