Filmat | Il-ħoss tal-festa Maltija jasal sal-Pjazza tal-Vatikan
L-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun illum kienet preżenti għall-Udjenza Ġenerali tal-Papa li jsir kull nhar ta' Erbgħa

L-innu marċ ta' Santa Katarina taż-Żejtun u anke marċi popolari tal-Festa Maltija, waslu sal-Vatikan.
L-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun illum kienet preżenti għall-Udjenza Ġenerali tal-Papa li jsir kull nhar ta' Erbgħa.
Qabel u wara l-Udjenza u anke waqt li l-Papa kien qed idur il-pellegrini, il-Banda Beland semmgħet leħinha u waslet anke fil-Vatikan togħma żgħira mill-festa Maltija.
Bħalissa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmeli Abela jinsab il-Vatikan fuq żjara uffiċjali.
Fil-jiem li ġejjin, anke l-President ta' Malta George Vella se jkun qed jagħmel żjara statali lill-Belt tal-Vatikan fejn se jkollu udjenza mal-Papa Franġisku.

