Il-Madonna taċ-Ċintura ċċelebrata f'Ħal Qormi
Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew nhar il-Ġimgħa, b’velja Marjana fil-knisja parrokjali

Nhar il-Ħadd li ġej, fil-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi se tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna taċ-Ċintura.
F’din il-parroċċa antika, il-fratellanzi għadhom attivi ħafna u kollha kemm huma jiċċelebraw il-festa tal-patrun jew il-patruna tagħhom.
Nhar il-Ħadd li ġej, il-fratellanza taċ-ċintura se tkun qed tiċċelebra l-festa tagħha.
Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew nhar il-Ġimgħa, b’velja Marjana fil-knisja parrokjali, bis-sehem tal-fratellanzi taċ-ċintura ta’ Malta u Għawdex. Din tibda fis-7:00pm.
Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru, fil-5:00pm ssir quddiesa solenni tal-festa fil-Kolleġġjata u wara toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tal-frattelanzi.

More in Festi