Filmat | L-Innu ta' San Bastjan ta' Ħal Qormi fil-Pjazza tal-Vatikan
Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan saħansitra għamlet marċ f'toroq ewlenin tal-Belt ta' Ruma li jagħtu għal Pjazza di Spagna
L-Innu ta' San Bastjan ta' Ħal Qormi u diversi marċi oħra popolari mal-Bastjaniżi, instemgħu jidwu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan waqt l-Udjenza Ġenerali mal-Papa Franġisku li ssir kull nhar ta' Erbgħa.
Bandisti u anke membri tal-Kumitat jinsabu Ruma biex ifakkru l-160 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan.
Fil-fatt, uħud mill-membri tal-Kumitat saħanistra kellhom ċans jiltaqgħu mal-Papa waqt li dar isellem lil dawk mistiedna.
Il-banda żaret ukoll il-Bażilika ta' San Bastjan f'Ruma u daqqet waqt quddiesa organizzata apposta.
Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan saħansitra għamlet marċ f'toroq ewlenin tal-Belt ta' Ruma li jagħtu għal Pjazza di Spagna.