L-Oroskopju | Għalik waqt iż-żodjaku ta’ Libra
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 8 ta’ Ottubru sas-Sibt 14 ta’ Ottubru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Aries se jkunil-waqt ta’ aktar konċentrazzjioni dwar il-ħtiġijiet personali, fejn minn issa trid issib dak il-ħin għalik għar-rilassament, taħriġ fiżiku jew f’dak il-passatemp li tixtieq. Analizza
Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Taurus se jkun il-waqt li tiffoka ftit aktar fuq l-imħabba ta’ madwarek, meta taf li għandek kollox organizzat fit-tqassim tal-ħidma tiegħek. Issa għaraf ikkonċentra sabiex b’hekk ir-relazzjioni tiegħek tkompli tissaħħah u titkattar kif finalment tixtieq
Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Gemini se jkun il-waqt sabiex torganizza għarfien aħjar il-ħin għal saħħtek, minħabbal-pressjoni li fil-preżent int qed tesperjenza. Trid tagħraf iżżomm is-saħħa tiegħek fl-aħjar kundizzjoni għalhekk wettaq attenzjoni profonda ħalli dejjem tkun fiżikament tajjeb
Gemini huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Cancer huwa il-waqt ta’ attenzjoni lejn il-ħajja personali tiegħek. Trid tagħraf għalkemm int persuna li tħobb tkun ta’ għajnuna għall-oħrajn iżda dan ma għandux iżommok milli int tkun protetta kontra kull intenzzjonijiet mhux mixtieqa. Għalhekk ħejji ruħek sew.
Cancer huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Leo se jkunil-waqt li titkellem iktar dwar it-tqassim ta’ ideat li int għandek. Dawn l-ideat li qegħdin jiżvilupaw madwarek għandek bżonn tatihom aktar attenzjoni u għalhekk ikun tajjeb li int tibda tiddiskuti ma’ dawk li int tagħraf il-gwida tagħhom
Leo huma magħrufin għall-gwida li joffru. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Virgo se jkunil-waqt li tagħraf tieħu pawsa żgħira. Dan sabiex int tkun tista’ twettaq riflessjoni profonda ta’ dak li qed tesperjenza.Int ma tistax twettaq ċertu deċiżjonjiet jekk ma tkunx f’qagħda stabbli. Għalhekk tajjeb tkun f’qagħda ta’ riflessjoni.
Virgo huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik l-istess Libra se jkun il-waqt li tanalizza l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek għalkemm int persuna li tagħraf taħdem sew il-finanzi tiegħek. Issa wasal dak il-waqt li tkun aktar iffukat .Dan minħabba d- diversi nfieq li hemm riesaq lejk
Libra huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Scorpio se jkun il-waqt li tkompli isaħħaħ lilek innifsek, lejn dawk il-miri prinċipali . Għalhekk tħoss li dawn qegħdin jintlaħqu xorta. Waħda għandek tagħraf tkun iktar iffukat sabiex ma jkun hemm l-ebda tagħrif li xi ħadd jista’ jxekkel dak li int tixtieq twettaq.
Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Sagittarius se jkun il-waqt li tagħmel riflessjoni dwar l-imħabba li fil-preżent qed tesperjenza għalkemm bla dubju tħoss li kollox qiegħed miexi sew però trid tara li dak li esperjenzajt fil-passat ma jerġax ikun ripetut fil-preżent.
Sagittarius huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Capricorn se jkun il-waqt li tagħraf tagħti attenzjoni fl-abitatt tiegħek , issa għandek iċ-ċans li d-dar tatiha aktar attenzjoni u fejn hemm bżonn ta’ tibdil toqgħodx tibża iżda wettaq dak li hemm meħtieġ, għaraf li l-bejta tiegħek hija l-post li jagħtik dik l-enerġija meħtieġa.
Capricorn huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Aquarius se jkun il-waqt li tirrefletti dwar ħbiberija tal-passat li reġgħet feġġet madwarek. Issa li taf li tista’ tesperjenza aktar ħin f’din il-ħbiberija trid tara kemm din ser tkun ta’ effett fuq it tkomplija ta’ ħajtek.
Aquarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Pisces se jkun ta’ aktar motivazzjoni fil-ħidma tiegħek. Il-karriera tiegħek miexja ‘l quddiem tajjeb, Għalhekk int trid tibqa’ motivat u ma tħalli l-ebda monotonija tersaq jew b’xi mod taffetwa dak li int teħtieġ twettaq.
Pisces huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste