L-Oroskopju: Il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries – Il-Kibx

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-Ħadd 6 ta’ April sas-Sibt 12 ta’ April 

Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se jkun mument ta’ ħsibijiet profondi dwar il-pożizzjoni li ħadt. Għalhekk kun imħejji sew għal din l-esperjenza ġdida. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Leo. Namaste. 

Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Gemini se jkun perjodu fejn trid tagħraf sew dak li qed tesperjenza. Għalkemm jaf ikun hemm mumenti ta’ tibdil, tibżax minn dan, anzi kattar il-kuraġġ ġewwa fik. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Sagittarius. Namaste. 

Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                

F’dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Virgo se tagħmlek tagħraf aktar kif għandek tiddeċiedi għal deċiżjonijiet partikolari. B’hekk int se tagħraf dik ir-responsabbiltà u ma twettaqx deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Scorpio. Namaste. 

Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru   

F’dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Scorpio se jagħmlek tkattar iżjed ix-xewqa tant mixtieqa li int qed tkun tant ispirat għaliha. B’hekk int tista’ tagħraf minn issa biex tkun aktar imħejji għal kull bidla. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Aries. Namaste. 

Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Aquarius se jkun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li qed tesperjenza. Fin-nuqqas ta’ dan, għalik jaf ikun hemm forma ta’ xkiel. Agħraf uża aktar moħħok. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa żodjaku ta’ Leo. Namaste.

More in Oroskopju