L-Oroskopju – L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries – il-Kibx

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon - Mill-Ħadd 13 ta’ April sas-Sibt 19 ta’ April

L-oroskopju, mwassal mill-astroloġista PaulJon
L-oroskopju, mwassal mill-astroloġista PaulJon

Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se tkun dik il-ġimgħa li issa tista’ taqbad ir-rankatura lejn dawk il-miri prinċipali. Analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Namaste. 

Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li torganizza aħjar lilek innifsek. Taf li s’issa għandek ħafna toroq li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità mixtieqa. Irifletti. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Namaste. 

Libra (il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li fiha trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq. Għandek diversi opportunitajiet. Issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet ġodda. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste.

Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa għal pawża sabiex grazzi għaliha tkun tista’ tirrifletti, tagħraf u taħseb sew kif se taddatta lilek b’aktar għaqal. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. 

Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Pisces se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tagħraf aktar lilek innifsek wara li għamilt li stajt lejn dawk li xtaqt tgħin. Issa trid iddur dawra madwarek u tara x’inhu l-aħjar għalik. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Namaste.  

More in Oroskopju