L-Oroskopju: Il-bidu tal-ewwel żodjaku

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries huwa mument li fih trid tagħraf tanalizza liema direzzjoni hi l-aktar vantaġġuża għalik. Għalhekk wettaq din id-direzzjoni ideali. Aries huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste.                              

Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                 

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Gemini huwa mument dwar kif se tkompli ssaħħaħ id-dehra tiegħek. Kompli bil-pjan li qbadt għax ir-riżultat se jkun miksub żgur. Gemini huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. 

Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru   

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Virgo se jwasslek aktar lejn ir-realtà. Għalkemm xi kultant tipprova taħrab mir-realtà, issa dan m’għandux jibqa’ jseħħ, iżda għandek timtela b’ħeġġa għal dak li tħoss. Virgo huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom. Namaste. 

Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Sagittarius se jkun mument li taħtaf aktar dawk l-opportunitjiet li forsi ma kontx qed tagħti wisq attenzjoni, opportunitajiet li jistgħu jsarrfu f’aktar stabbiltà fil-ħajja tiegħek. Analizza. Sagittarius huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste.  

Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar   

F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Aquarius se jagħtik iċ-ċans sabiex bir-ritmu tiegħek tkun tista’ tanalizza aħjar kemm il-karriera tiegħek qed titkattar. Għalhekk agħraf kun dejjem iffokat. Aquarius huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste. 

More in Oroskopju