
L-Oroskopju: It-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries – Il-Kibx
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa fejn trid tibda taħseb sew lejn it-tibdil pożittiv li bħalissa qed twettaq. Dan għandu jkun ta’ aktar motivazzjoni lejn dak li hemm riesaq lejk. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste.
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf kemm qed tkun f’pożizzjoni tajba fil-ħidma li bdejt ftit ta’ ġimgħat ilu, hekk li għandek tkun iffukat lejn it-tkattir. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Taurus. Namaste.
Libra (il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Libra se tkun ġimgħa li trid tkompli tagħraf aħjar il-proposta offruta. Taqbadx tgħaġġel iżda wettaq riflessjoni profonda. Agħraf b’għaqal. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste.
Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li tagħraf l-aħjar tibdil li hemm bżonn jitwettaq. Taf li fejn int verament tixtieq tasal hemm bżonn ċertu tibdil. Għalhekk tibżax, iżda wettaq dak li hu meħtieġ. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste.
Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa li tagħraf id-direzzjoni formali tiegħek. Issa wasalt f’dak il-mument li ma tistax tibqa’ f’salib it-toroq iżda trid tagħraf dik il-vera direzzjoni ideali għalik. Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste.