​L-Oroskopju: Il-Qamar Kwinta għaż-żodjaku ta’ Pisces – Il-Ħut

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-Ħadd 9 ta’ Marzu sas-Sibt 15 ta’ Marzu

Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-waqt li tagħmel analiżi fil-profond tal-pożizzjoni preżenti tiegħek. Tajjeb li twettaq dan b’mod għaqla u mhux b’għaġla. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste.    

Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aries  se jkun mument li ma tistax tibqa’ timxi b’ras iebsa. Agħraf li wasal il-waqt li tkun aktar flessibbli jekk trid titkattar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste.  

Gemini (it-Tewmin) mill 21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Gemini se jkun il-mument ta’ prova li fih mhux se tkun aktar imwaħħal iżda minn issa trid tkattar fik il-ħeġġa sabiex tirranka ’l quddiem. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste.    

Leo (id-Durbies), mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Leo se jkun il-mument li timxi biss fuq l-esperjenza personali tiegħek. Int kapaċi biżżejjed sabiex twettaq dan u għalhekk m’għandekx tibża’. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste.   

Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan il-Qamar Kwinta waqt iż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Sagittarius se jkun il-mument li tippjana aħjar it-tqassim finanzjarju tiegħek. B’hekk int tkun tista’ tagħraf aħjar l-infiq. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarine. Namaste.

More in Oroskopju