
L-Oroskopju: L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta’ Pisces – Il-Ħut
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-Ħadd 16 ta’ Marzu sas-Sibt 21 ta’ Marzu
Pisces (Il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-waqt ta’ aspirazzjoni sabiex tagħraf aħjar dak li tħoss ġewwa fik fejn sejjer iwasslek. Għalhekk wettaq riflessjoni. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Namaste.
Taurus (It-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Taurus se jkun il-waqt ta’ deċiżjoni fejn int issa taf fejn tixtieq tmur u taf liema hi d-direzzjoni tiegħek. Ghalhekk wettaqha b’għaqal. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer. Namaste.
Cancer (Il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Cancer se jkun il-waqt li tagħraf aktar is-sensittività tiegħek, aktar u aktar meta qed terġa’ tesperjenza mħabba friska. Għalhekk analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Namaste.
Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Libra se jkun il-waqt li tagħraf int min int. Ma tistax timxi aktar fuq dak li jgħidulek l-oħrajn iżda issa trid tasal temmen fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste.
Capricorn (Il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Capricorn se jkun il-waqt għal dik il-motivazzjoni sabiex titkattar aktar enerġija fik, u b’hekk twettaq it-tkattir tiegħek lejn l-istabbiltà. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Namaste.