Ivan Bartolo | F’ġieħ dawk l-aktar imwarrba
Min hu tajjeb u ma jinteressahx miż-żgħir ikun qed juri disprezz lejn id-dinjita tal-bniedem, juri miegħu vjolenza u saħansitra jittorturah
Nifhem li meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, is-solidarjeta’ ssir aktar faċli, (ma’ kulħadd), b’ mod speċjali maż-żgħir. Iż-żgħir kien u jibqa jeżisti u ma jista qatt ikun perċeżżjoni. Jiżbalja meta xi ħadd jgħid dan u jweġġa l-aktar lil min ikun għaddej minn tbatijiet kbar. Iweġġaw ferm aktar meta lejliet xi elezzjoni inwegħduhom kollox, minn job mal-Gvern sa dar tal-housing, u wara l-elezzjoni nitilquhom għal rieħhom, anzi naħarbu minnhom u nħalluhom jgħoddu t-truf tas-sigaretti. Bħal dak is-suq li inti tmur fih biex tagħti xi ħaġa, pero bid-dritt li tieħu xi ħaġa lura. Din ir-regħba għal ġid u l-poter tassew issewwidlek qalbek. Bnedmin ġejjin mill-għerien tal-ħallelin. Inħossni ferm skomdu fil-preżenza tagħhom. Id-dinjita tal-bniedem ma tinxtarax.
F’mumenti diffiċċli f’ ħajjitna fejn in-nemla tinstema għaddejja, f’ mumenti kommoventi f’ ħajjitna, jiġuna f’ moħħna elf ħsieb anki dwar oħrajn. Awtomatikament bnedmin ta’ rieda tajba jpoġġu bilqegħda u jaħsbu f’ oħrajn inqas ixxurtjati minnha. Ċert li l-Assolut japprezza dan l-investiment fil-bank ta’ l-Univers, jew fil-bank tal-ġenna, nifhem li fhimt xi rrid ngħid.
Ċert li quddiem xi bankiera li sservi f’ counter ta’ bank tara minn kollox. Hemm min jistaqsiha elf domanda, oħrajn fis-skiet jiddepożitaw u jitilqu f’ tlett minuti kollox. Hemm min jiddepożita l’ħafna, imbgħad hemm dawk li jiddepożitaw il-ftit. Imbgħad hemm dawk li jersqu lejn il-bank biss biex isarrfu c-cheque tal-benefiċċju soċjali jew tal-pensjoni u jmorru jħallsu d-dejn jew il-commitments li jkollhom ta’ kuljum. Hu x’ inhu il-bankiera tagħmel xogħlha u ma toqgħodx tara jew tistma lil dak li jmkun skond kemm iddepożita flus fil-bank tagħhha. U allaħares huwa hekk. Aħna ma nagħrfux lil bniedem skond l-assi u l-ġid, imma dak li m’ għandu xejn u dak li għandu l’ ħafna f’ għajnejja jibqa bniedem.
Sfortunatament il-bniedem fid-dinja tal-finanzi tilef ruħu. Jara kollox u lil kulħadd profit and Loss. Bla dubju li għandna bżonn il-kummerċ u s-servizzi finanzjarji ,imma d-dinjita tal-bniedem qatt ma nistgħu nirriduċuha għal 30 biċċa tal-fidda.
Irridu nxandru umanita profonda u radikali KULLIMKIEN. Sfortunatament hemm min poġġa l-Ekonomija wisq fuq pedestal. Hemm min ibiegħed l-ekonomija minn mal-prinċipji etiċi tas-solidarjeta, tal-bniedem sħiħ, ta’ l-empatija li xi drabi l-bniedem jeħtieġ u tal-kompassjoni. Hemm min biex jittkellem, iħallas il-beli liri. Din hija sfortuna li qegħdin ngħixu. Kollox sar flus. Ma nagħmel xejn b’ xejn.
Irridu nifhmu li fis-sistema finanzjarja, l-qofol tagħha jibqa l-bniedem. Jekk ma jkunx hem mil-bniedem bħala l-protagonista, kollox jaqa żorba. Għalhekk l-Awtoritajiet xi drabi jeħtieġu, iva jidħlu fin-nofs u jużaw il-poter li ttihom il-liġi, bħal dik tad-demand and supply.
Ejjew ngħollu l-fuq il-valur tal-Inklużżjoni Soċjali, ejjew lil bniedem nerġgħu nagħtuh dik id-dinjita li tixraqlu. Ejjew ma naqtgħux qalbna. Dmirna hu li nfittxu u nsalvaw lil mitlufin, lil fqar, lil dawk jiġru fit-triq minn bank għall-ieħor.
Niskuża ruħi jekk b’ xi mod nidher żbilanċjat, iżda jien miniex politiku tal-prosperita. Jekk oħrajn juruk ir-rota tal-fortuna, l-għan tiegħi huwa li ntejjeb il-ħajja ta’ dak l-aktar imwarrab u miċħud minn kulħadd, dak li f’ għajnejn is-soċjeta’ jissejjaħ iż-żgħir, l-eskluż mis-soċjeta u forsi differenti.
Nemmen li meta ll-ġid jinqasam, il-piż jeħfief. Meta ssib min jaħtaf b’ tlett iħluq u hawn min iħabbatlek il-bieb biex ittih bott piżelli għax il-but tiegħu ma jwassalx, hawnhekk is-solidarjeta thedded lis-soċjeta nfisha.
L-impenn tas-solidarjeta’ ma’ min jinsab fil-bżonn urġenti huwa d-dmir ta’ kull bniedem, aktar u aktar ta’ min ħareġ għonqu biex jibni soċjeta’ aħjar. Min hu tajjeb u ma jinteressahx miż-żgħir ikun qed juri disprezz lejn id-dinjita tal-bniedem, juri miegħu vjolenza u saħansitra jittorturah.
Il-ħolma tiegħi hi li nara qawmien ġdid fil-ħajja taż-żgħir, u li fil-veru sens tal-kelma nieħdu ħsieb xulxin u nfittex fuq iż-żgħir bl-ebda ntenzjoni li nitkixxef dwar ħajtu, imma b’ moħħi jberren kif se ntejjeb il-kwalita tal-ħajja li huwa qed jipprova jgħix.