Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern uxxenti Taljan Matteo Salvini, ftaħar bil-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni u semma l-iżbark f'Malta ta' 356 immigrant li kienu fuq l-Ocean Viking.
Waqt filmat li ttella' fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook huwa ftaħar li l-politika tiegħu illi jagħlaq il-portijiet qed tħalli r-riżultati. "Ir-ras iebsa u l-pożizzjoni soda tagħna qed iħallu r-riżultati," ftaħar Salvini.
Bla kantunieri huwa wiegħed bis-saħħa illi "kemm indum Ministru tal-Intern jien ... ħadd ma jidħol mingħajr permess fl-Italja."
"Jekk iridu jeħduhom Malta u jiddistribwuhom huma," tenna Salvini.