L-eks Membru Parlamentari Ewropew Lara Comi tinsab taħt arrest fid-dar tagħha f’Milan hekk kif tkun akkużata b’tixħim, korruzzjoni u anke użu ħażin ta’ fondi pubbliċi.
Comi, membru ta’ Forza Italia, kemm-il darba tkellmet kemm fil-Parlament Ewropew u anke fuq programmi televiżi Taljani fejn ikkritikat il-programm Malti taċ-Ċittadinanza, li kienet tirreferi għalih bħala skandluż.
Fil-fatt, Comi tkellmet f’diversi dibattiti li saru dwar is-Saltna tad-Dritt f’Malta.
Il-Maġistrat li qed tmexxi l-investigazzjoni saħqet li minkejja li Comi għadha pjuttost żgħira fl-età, kienet kapaċi tuża fondi pubbliċi biex tgawdi hi stess.
F’nofs l-akkużi hemm diversi kuntratti ta’ konsulenzi li jammontaw għal eluf ta’ ewro u li Comi użat biex allegatament tħaxxen il-but tagħha u timbotta ‘l quddiem lilha nnifisha fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Jissemma’ wkoll anke tixħim ta’ ġurnalista.
Comi ma ġietx eletta fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew hekk kif postha ħadu Silvio Berlusconi.