Grupp ta’ aktar minn 60 tabib kitbu ittra lill-Ministru għall-Intern Ingliż, Priti Patel, biex permezz tagħha wrew it-tħassib tagħhom fuq il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Julian Assange.
Julian Assange, Awstraljan li għandu 48 sena, qed ikun imfittex mill-Istati Uniti fuq 18-il akkuża fosthom dwar il-ħidima tiegħu ma Chelsea Manning, eks analista tal-intelliġenza fil-Forzi Armati tal-Istati Uniti kif ukoll dwar komplott biex ikun iħħekjat kompjuter fil-Pentagon.
Bħalissa, Assange qied jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Belmarsh, fl-Londra.
L-ittra tat-tobba kienet ippubblikata fuq is-sit Wikileaks. Fiha t-tobba jispjegaw kif Assange jsofri minn problemi psikoloġiki, fosthom id-dipressjoni, kif ukoll problemi fiżiki oħra.
Fix-xahar li għadda, meta deher il-Qorti, Assange deher dgħajjef, u deher jissielet biex jitkellem, anke biex jiftakar ismu.
It-tobba qalu li: “Il-kundizzjoni tiegħu bħalissa tqajjem numru ta’ mistoqsijiet serji mhux biss fuq l-impatt tad-detenzjoni fuq saħħtu, imma wkoll fuq jekk Assange huwiex b’saħħtu biżżejjed biex jgħaddi ġuri u jipprepara id-difiża tiegħu”.
Nhar it-Tlieta li għadda, prosekuturi Żvediżi waqqfu l-investigazzjoni tagħhom dwar l-allegazzjoni ta’ stupru li kien akkużat biha Assange fl-2010.
Madankollu, Assange xorta għandu jattendi għas-smigħ ta’ Frar li ġej fejn mistennija tittieħed id-deżiċjoni dwar l-estradizzjoni tiegħu lejn l-Amerka.