Il-President tas-Stati Uniti, Donald Trump, li qiegħed f’Londra għas-70 anniversarju tat-twaqqif tan-NATO, qal li l-kumment li tefa’ Macron, li qal illi n-NATO, u-tattiċi tagħhom huma “bla moħħ”, huma psataż.
Macorn, kien qed jitkellem dwar il-politika unilaterali ta’ Trump fit-tramuntana tas-Sirja, prinċipalment il-politika tat-Turkija dwar il-Kurdi, li qegħda tittollera s-Stati Uniti. Barra minn hekk, ikkritika wkoll it-theddida tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan li joħorġ lill-pajjiżu min-NATO jekk ma’ jkunux appoġġjati minnhom.
Trump irrisponda għal dawn il-kummenti b’attakk u kkritika l-qgħad fi Franza, kif ukoll l-ekonomija ta' dan il-pajjiż. Wara dan, Trump qal ukoll li l-iktar pajjiż li għandha bżonn in-NATO hi Franza, u l-Istati Uniti l-inqas li qed tibbenifika. Barra minn hekk, qal li hemm ċans li Franza titlaq minn NATO.
Min-naħa l-oħra, Macron kompla jiddefendi l-kummenti tiegħu, wara li qal kienet kritika valida minħabba l-appoġġ skontu moħbi tan-NATO għall-azzjonijiet tat-Turkija fis-Sirja. Macron iġġieled ma’ Erdogan ukoll fuq din is-sitwazzjoni, wara li l-President Tork qal li “ħadd ma jimpurtaħ min hekk. Int għadek novizz u aħjar taħdem fuq dik l-ewwel”.
Dawn il-kummenti bejn il-mexxejja tal-ikbar tlett armati tan-NATO qed juru possibilta ta’ diffikulta fir-relazzjonijiet bejniethom. Diplomat għoli tan-NATO qal fuq is-sitwazzjoni “Il-mistoqsija hi, waqt li qedgħin niċċelebraw, in-nies se jaħsbunha nxejru bħala ċelebrazzjoni, jew bħala għajta għall l-għajnuna?”.